LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 9/1 p. 32
  • Bibbja Ġermaniża Antika Tuża l-Isem t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Bibbja Ġermaniża Antika Tuża l-Isem t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 9/1 p. 32

Bibbja Ġermaniża Antika Tuża l-​Isem t’Alla

L-​ISEM persunali t’Alla, Ġeħova, jidher eluf taʼ drabi fin-​New World Translation of the Holy Scriptures, pubblikata bil-​lingwa Ġermaniża fl-​1971.a Però, din ma kinitx l-​ewwel Bibbja bil-​Ġermaniż li użat l-​isem divin. Milli jidher, l-​ewwel Bibbja bil-​Ġermaniż li fiha deher l-​isem Ġeħova ġiet pubblikata kważi 500 sena ilu minn Johann Eck, teologu Kattoliku Ruman prominenti.

Johann Eck twieled fl-​1486 fin-​naħa t’isfel tal-​Ġermanja. Sakemm kellu 24 sena, hu kien diġà professur tat-​teoloġija fl-​università taʼ Ingolstadt, u baqaʼ f’dik il-​kariga sal-​mewt tiegħu fl-​1543. Eck kien jgħix fl-​istess żmien taʼ Luteru, u dawn kienu ħbieb għal xi żmien. Però, iktar tard Luteru sar mexxej ewlieni tar-​Riforma, filwaqt li Eck kien jiddefendi lill-​Knisja Kattolika.

Id-duka taʼ Bavarja inkariga lil Eck biex jittraduċi l-​Bibbja bil-​Ġermaniż, u t-​traduzzjoni ħarġet fl-​1537. Skond il-​Kirchliches Handlexikon, it-​traduzzjoni tiegħu żammet lealment mal-​kitba oriġinali u “jistħoqqilha iktar stima minn kemm irċiviet s’issa.” Eck ittraduċa Eżodu 6:3 b’dan il-​mod: “Jien il-​Mulej, li dhert lil Abraham, Iżakk, u Ġakobb bħala Alla li Jistaʼ Kollox: u ismi Adonaj, ma wrejthulhomx.” Eck żied kumment marġinali għal dan il-​vers: “L-​isem Adonaj Ġeħova.” Ħafna studjużi tal-​Bibbja jemmnu li din kienet l-​ewwel darba li ntuża l-​isem t’Alla f’Bibbja Ġermaniża.

Madankollu, l-​isem persunali t’Alla ilu magħruf u użat għal eluf taʼ snin. L-​iktar kitba bikrija fejn intuża kien bil-​lingwa Ebrajka, li fiha “Ġeħova” jintuża biex jidentifika lill-​uniku Alla veru. (Dewteronomju 6:​4, NW) Kważi 2,000 sena ilu, dak li qal Ġesù dwar li hu għarraf l-​isem t’Alla tniżżel bil-​miktub bil-​lingwa Griega. (Ġwanni 17:6) Minn dakinhar ’l hawn, l-​isem ġie pubblikat f’għadd kbir taʼ lingwi, u dalwaqt, bħala twettiq tal-​kliem f’Salm 83:19 (83:​18, NW), kulħadd se jkun jaf li dak li ismu hu Ġeħova, hu waħdu l-​Għoli fuq l-​art kollha.

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, l-​ewwel darba bl-​Ingliż fl-​1961. Issa hija disponibbli kollha kemm hi jew parti minnha b’iktar minn 50 lingwa.

[Stampa f’paġna 32]

Edizzjoni taʼ l-​1558 tal-​Bibbja taʼ Eck, bir-​referenza marġinali għall-​isem Ġeħova f’Eżodu 6:3

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja