LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 2/15 p. 27
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tat-Tieni Samwel
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • L-Israelin Jitolbu Għal Sultan
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 2/15 p. 27

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Kien David, raġel li kien jogħġob lil Alla, jittratta b’mod aħrax lill-​ilsiera, bħalma jaħsbu ħafna meta jaqraw it-​2 Samwel 12:31 u l-​1 Kronaki 20:3?

Le. David sempliċement ikkundanna lill-​Għammonin għal xogħol inforzat. L-​azzjonijiet taʼ David ma ġewx mifhumin sew minħabba l-​mod kif ġew tradotti dawn il-​versi f’ċertu verżjonijiet tal-​Bibbja.

Meta jiddeskrivu l-​mod kif David ittratta lill-​Għammonin, dawn il-​verżjonijiet tal-​Bibbja jpinġuh bħala bniedem barbaru u krudili. Per eżempju, fit-​2 Samwel 12:​31, skond it-​traduzzjoni taʼ Karm Żammit, naqraw: “U ħareġ ukoll in-​nies li kienu fiha, u qiegħed ġisimhom taħt imnaxar, u taħt xtabi tal-​ħadid, u taħt imnanar tal-​ħadid, u tefagħhom fil-​forn taċ-​ċlamit: u hekk kien jagħmel lill-​bliet kollha taʼ wlied Għammon.” Ir-​rakkont li jinsab fl-​1 Kronaki 20:3 huwa simili ħafna.

Madankollu, kif jgħid l-​istudjuż tal-​Bibbja Samuel Rolles Driver, il-​krudeltà “m’għandhiex x’taqsam mal-​karattru u t-​temperament taʼ David bħala individwu.” Għalhekk, kumment f’The Anchor Bible jgħid li David kien qed jifforma gruppi taʼ lsiera sabiex jieħu xi vantaġġi ekonomiċi mit-​territorji li kien ikkonkwista u milli jidher din kienet ħaġa komuni fost is-​slaten li kienu jirbħu. Bl-​istess ħsieb, Adam Clarke qal li t-​tifsira taʼ dan hi li David għamel lin-​nies ilsiera u impjegahom bħala wħud li jisserraw, jagħmlu x-​xtiebi tal-​ħadid, jew jaħdmu fil-​minjieri, u jaqtgħu l-​injam, u jagħmlu l-​madum. L-​isserrar, it-​tbiċċir, u l-​qtugħ fi bċejjeċ tan-​nies m’għandhomx x’jaqsmu mal-​kuntest daqskemm ma kellhomx x’jaqsmu mal-​mod kif David kien jaġixxi maʼ l-​Għammonin.

Xi traduzzjonijiet oħra iktar moderni jirriflettu din il-​fehma iktar ċara meta juru li David ma jistax jiġi akkużat bi trattament inuman.a Innota kif tpoġġiha t-​traduzzjoni taʼ l-​Għaqda Biblika Maltija: “In-​nies tagħha mbagħad ħariġhom u qabbadhom jaħdmu bil-​munxar, bil-​bqaqen, u bil-​fisien tal-​ħadid. Ħaddimhom ukoll fil-​fran tal-​madum. Hekk għamel bl-​ibliet kollha taʼ l-​Għammonin.” (2 Samwel 12:31) “In-​nies tagħha mbagħad ħariġhom u qabbadhom jaħdmu bil-​munxar, bil-​bqaqen u bil-​fisien tal-​ħadid. Hekk għamel David lill-​ibliet kollha taʼ l-​Għammonin.” (1 Kronaki 20:3) In-​New World Translation hi fi qbil maʼ l-​aħħar mod kif l-​istudjużi jifhmu dawn il-​versi: “In-​nies li kienu jgħammru hemm, hu ħariġhom ’il barra sabiex ikun jistaʼ jpoġġihom jisserraw il-​ġebel u jaħdmu b’għodda tal-​ħadid li taqtaʼ ħafna u mnanar tal-​ħadid, u hu ġagħalhom jagħmlu l-​madum.” (2 Samwel 12:31) “U n-​nies li kienu fiha hu ħariġhom, u żammhom impjegati f’li jisserraw il-​ġebel u fi strumenti li jaqtgħu tal-​ħadid u fi mnanar; u dak kien il-​mod kif David għamel lill-​bliet kollha taʼ wlied Għammon.”—1 Kronaki 20:3.

David m’għaddiex lill-​Għammonin, li kienu sofrew telfa, minn din it-​tortura ħarxa u minn massakri orribbli bħal dawn. Hu ma kkopjax il-​prattiċi sadistiċi u brutali tal-​gwerra li kienu komuni fi żmienu.

[Nota taʼ taħt]

a Jekk nibdlu biss ittra waħda, it-​test Ebrajk jistaʼ jinftiehem li “daħħalhom fil-​munxar” jew li “qatagħhom (isserrahom) f’biċċiet.” Iktar minn hekk, il-​frażi “forn taċ-​ċlamit” tistaʼ tfisser ukoll “forma tal-​madum.” Forma bħal din tkun dejqa wisq biex jgħaddi bniedem minnha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja