LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 12/15 p. 30
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Żomm Ħarsa Bilanċjata dwar l-Użu taʼ l-Alkoħol
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Min imur is-sema?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 12/15 p. 30

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Kristjan x’għandu jagħmel meta jħossu għajjien emozzjonalment u spiritwalment?

Irridu nidentifikaw x’inhu jikkaġuna l-​għeja. Jistaʼ jkun t’għajnuna li neżaminaw id-​drawwiet tagħna u l-​affarijiet kollha li għandna, u mbagħad inneħħu kull xkiel mhux neċessarju. Nistgħu nagħmlu miri realistiċi skond iċ-​ċirkustanzi tagħna. Huwa importanti li nieħdu ħsieb is-​saħħa spiritwali tagħna u dan għandu jinkludi talb u meditazzjoni regulari.—8/15, paġni 23-6.

• Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jgħidu li n-​numru 144,000 huwa letterali?

Wara li l-​appostlu Ġwanni sar jaf dwar il-​144,000, hu ra “folla kbira, li ebda bniedem ma setaʼ jgħoddha.” (Rivelazzjoni 7:4, 9) Kieku n-​numru 144,000 kien simboliku, ma kienx ikun hemm kuntrast qawwi bejn dawn iż-​żewġ versi. Ġesù tkellem dwar dawk li se jaħkmu miegħu bħala “merħla żgħira.” (Luqa 12:32)—9/1, paġna 30.

• Iżraeli, għala setaʼ jbigħ annimal mejjet mhux skarnat?

Barrani jew frustier li ma kienx isir proselit ma kienx taħt il-​Liġi. Għalhekk, l-​Iżraelin setgħu jagħtuh jew ibigħulu dawn l-​annimali. (Dewteronomju 14:21) Imma proselit kien marbut bil-​patt tal-​Liġi u ma kienx se jiekol il-​laħam mhux skarnat t’annimal bħal dan. (Levitiku 17:10)—9/15, paġna 26.

• X’inhi l-​bijomimetika, u din għala għandha tinteressa lill-​Kristjani?

Din hija qasam tax-​xjenza li jipprova jimita l-​mod kif inhuma disinjati xi affarijiet fin-​natura. Per eżempju, l-​aħwa Wright iddisinjaw ajruplan wara li studjaw kif itiru l-​għasafar kbar. Għalhekk, il-​bijomimetika tistaʼ tqanqal lil Kristjan biex jagħti glorja lill-​Ħallieq.—10/1, paġna 9.

• Min kien imsemmi fit-​2 Korintin 12:2-4 bħala li ttieħed fil-​ġenna?

Dan ir-​rakkont jiġi eżatt wara l-​versi li fihom Pawlu jiddefendi l-​appostolat tiegħu. Ladarba l-​Bibbja ma titkellem dwar ħadd iktar li kellu esperjenza bħal din u ladarba Pawlu hu l-​wieħed li jgħidilna dwarha, x’aktarx kien Pawlu li kellu din il-​viżjoni.—10/15, paġna 8.

• Liema kwalitajiet għandu Ġesù li jikkwalifikawh sabiex jaqdi bħala Mexxej magħżul minn Alla?

Ġesù wera integrità assoluta, billi kellu kondotta onesta u tajba. Hu ddedika ruħu kompletament lil Alla. Ġesù kien konċernat profondament dwar in-​nies u kien lest li jaħdem.—11/1, paġni 6-7.

• Fejn se jkunu d-​demonji matul il-​Millennju?

B’mod loġiku nistgħu nikkonkludu li matul ir-​Renju Millennjali taʼ Kristu dawn se jintefgħu fl-​abbiss flimkien maʼ Satana. (Rivelazzjoni 20:1-3) Ġenesi 3:15 jipprofetizza t-​tisħiq taʼ ras is-​serp, li jinvolvi t-​tfigħ tiegħu fl-​abbiss matul il-​Millennju. Nislu jinkludi l-​anġli mill-​agħar, jew demonji. Il-​fatt li l-​ispirti mill-​agħar urew li kellhom biżaʼ kbir mill-​abbiss jindika li huma kienu jafu tajjeb x’restrizzjoni kien hemm tistenniehom. (Luqa 8:31)—11/15, paġna 30-1.

• Individwu għala għandu joqgħod attent minn xorb alkoħoliku, anki jekk jevita li jasal sal-​punt li jkun jidher fis-​sakra?

Xi individwi ma tantx ikunu jidhru fis-​sakra, avolja jkunu diġà ħadu diversi grokkijiet. Madankollu, dak li jkun għandu mnejn isir jiddependi mill-​alkoħol u jsir ‘ilsir taʼ ħafna nbid.’ (Titu 2:3) Ġesù wissa kontra li ma ‘nitqalux b’ikel u xorb żejjed.’ (Luqa 21:34, 35) Dak li jkun m’għandux għalfejn jixrob sal-​punt li jisker biex jintelaq u jitgħażżen—fiżikament kif ukoll spiritwalment.—12/1, paġni 19-21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja