LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 11/15 p. 32
  • Tixxennaq Int għal Dinja Meħlusa mill-Biżaʼ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tixxennaq Int għal Dinja Meħlusa mill-Biżaʼ?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 11/15 p. 32

Tixxennaq Int għal Dinja Meħlusa mill-​Biżaʼ?

‘Qed ngħixu f’sitwazzjoni kronika li dejjem sejra għall-​agħar fejn in-​nies qed joqogħdu iktar b’sebaʼ għajnejn u jħossuhom bla tama, u dan qed jiġri minħabba li jistgħu jsibu ruħhom f’periklu bla mistenni u mingħajr ebda tip taʼ twissija.’

DAN il-​kliem, li huwa kwotat mir-​rivista Newsweek tas-​sena l-​oħra, jirrifletti l-​mod kif iħossuhom ħafna nies li qed jgħixu fid-​dinja mqallba taʼ llum. Ġesù Kristu indika li dawn is-​sentimenti kellhom jiżdiedu fil-​futur qarib. Hu bassar żmien meta tant kellu jkun hemm niket fost il-​ġnus li n-​nies ma kinux se jkunu jafu x’se jaqbdu jagħmlu u kien se jħosshom ħażin bil-​biżaʼ u bl-​istennija taʼ dak li jkun ġej fuq l-​art. Imma aħna m’għandniex għalfejn inħossuna beżgħanin jew bla tama, għax Ġesù qal: “Malli jibdew iseħħu dawn l-​affarijiet, qumu dritti u għollu raskom ’il fuq, għax ikun qorob il-​ħelsien tagħkom.”—Luqa 21:25-28.

Meta ddeskriva n-​nies fuq l-​art wara l-​ħelsien, Alla Ġeħova ddikjara: “Il-​poplu tiegħi f’post tas-​sliem, jgħammar bla biżaʼ, mistrieħ fil-​kwiet.” (Isaija 32:18) Permezz tal-​profeta tiegħu Mikea, Ġeħova qal: “Imma kull wieħed jinsab taħt id-​dielja tiegħu, u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu; u ma jkunx hemm min iwerwirhom, għax fomm il-​Mulej taʼ l-​eżerċti tkellem.”—Mikea 4:4.

Kemm hu differenti dan mill-​ħajja taʼ llum! Ebda periklu m’hu se jhedded lill-​umanità. Minflok ma jgħixu f’sitwazzjoni kronika, fejn iridu joqogħdu iktar b’sebaʼ għajnejn u jħossuhom bla tama, in-​nies se jgħixu fi stat taʼ paċi u hena li m’hu se jispiċċa qatt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja