LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 11/1 p. 32
  • Qatt Se Ngawdu Sigurtà Vera?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qatt Se Ngawdu Sigurtà Vera?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 11/1 p. 32

Qatt Se Ngawdu Sigurtà Vera?

TFAL jilagħbu mal-​ġenituri tagħhom ferħanin—min ma jiħux pjaċir jara xi ħaġa bħal din? It-​tfal iħossuhom fis-​sigurtà għalkollox meta jkunu mal-​ġenituri li jieħdu ħsiebhom. Madankollu, ħafna tfal bilkemm jafu x’jiġifieri li tgħaddi minn dawn il-​mumenti taʼ ferħ. Minflok, xi tfal ikollhom jinkwetaw kuljum dwar kif se jsibu post fejn jorqdu bil-​lejl. Hemm xi tama għal dawn it-​tfal li m’għandhomx saqaf fuq rashom u għal oħrajn li jgħixu mingħajr sigurtà?

Għalkemm il-​futur jistaʼ jidher ikrah, il-​Kelma t’Alla tagħtina t-​tama. Il-​profeta Isaija bassar li se jiġi żmien meta kulħadd se jgħix f’sigurtà kompleta. Hu kiteb: “Huma għad jibnu djarhom u jgħammru fihom, iħawwlu d-​dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux biex jgħammar ħaddieħor, u ma jħawwlux biex jiekol ħaddieħor; għax il-​poplu tiegħi jgħix daqs kemm jgħixu s-​siġar, u l-​magħżulin tiegħi jistgħallu xogħol idejhom.”—Isaija 65:21, 22.

Imma għandha bażi soda din it-​tama? Wara kollox, il-​kelma “tama” mhux dejjem tindika xi ħaġa ċerta. Per eżempju, fil-​Brażil wieħed spiss jismaʼ l-​espressjoni: “A esperança é a última que morre.” Din tfisser letteralment, “It-​tama hi l-​aħħar ħaġa li tmut.” Dan jindika li ħafna nies jibqgħu jittamaw anki meta ma jkunx hemm bażi soda għat-​tama. Però, it-​tama li qed jagħtina Alla l-​ħaj hi differenti. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Kulmin ipoġġi l-​fidi tiegħu [f’Alla] ma jkunx diżappuntat.” (Rumani 10:11) Il-​profeziji tal-​Bibbja li diġà twettqu jagħtuna l-​fiduċja li l-​wegħdi l-​oħra kollha li għamel Alla Ġeħova se jseħħu wkoll. Meta dawn il-​wegħdi jseħħu, il-​kundizzjonijiet li jisforzaw lit-​tfal biex jgħixu fit-​triq se jkunu xi ħaġa tal-​passat.

Anki llum, il-​pariri prattiċi li jinsabu fil-​Bibbja jistgħu jgħinu lil dawk li m’għandhomx tama biex itejbu ħajjithom u jsibu s-​sigurtà vera. Dan kif inhu possibbli? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​komunità tiegħek se jkunu kuntenti li jgħinuk issib it-​tweġiba għal din il-​mistoqsija.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja