Tistaʼ Ġġib Quddiem Għajnejk Dak li Tkun Qed Taqra?
SABIEX tkun tistaʼ ġġib quddiem għajnejk ċerti ġrajjiet, se ssibha t’għajnuna jekk tkun familjari maʼ postijiet li taqra dwarhom. Per eżempju, ikkunsidra l-vjaġġi missjunarji taʼ l-appostlu Pawlu mniżżlin fil-ktieb Bibliku taʼ l-Atti. Fl-ewwel vjaġġ missjunarju tiegħu, hu beda minn Antjokja, fejn is-segwaċi taʼ Ġesù ġew imsejħin Kristjani għall-ewwel darba. Minn hemmhekk hu vvjaġġa lejn pajjiżi bħal Salamina, Antjokja tal-Pisidja, Ikonju, Listra, u Derbe. Tistaʼ ġġib quddiem għajnejk fejn setgħu kienu dawn il-postijiet?
Għandek mnejn li le, sakemm ma jkollokx xi mappa. Fil-browxer il-ġdid taʼ 36 paġna “See the Good Land” (Ara l-Art Tajba), tinstab mappa bħal din. Qarrejja minn Montana, fl-Istati Uniti, ikkummentat b’apprezzament: “Nistaʼ nara l-vjaġġi taʼ Pawlu u nipprova nimmaġina l-mod kif kien jivvjaġġa u x-xogħol li hu u Kristjani oħra taʼ l-ewwel seklu kienu jagħmlu biex jippridkaw l-aħbar tajba. Grazzi għal din il-mappa sabiħa li tgħallimna u tgħinna nimmaġinaw.”
Il-mappa li tinkludi l-vjaġġi taʼ Pawlu hija biss waħda mill-ħafna mapep f’dan il-browxer li se tgħin lill-qarrej biex iġib quddiem għajnejh dak li hu mniżżel fil-Bibbja. Tistaʼ titlob kopja tal-browxer “See the Good Land” billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 2 taʼ din ir-rivista.
□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-browxer “See the Good Land.” Indika b’liema lingwa.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.
[Sors tal-Istampa f’paġna 32]
Pictorial Archive (Near Eastern History) Est.