LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 9/15 p. 32
  • Fittxu u “Araw Ikunx Hemm Min Jixraqlu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fittxu u “Araw Ikunx Hemm Min Jixraqlu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 9/15 p. 32

Fittxu u “Araw Ikunx Hemm Min Jixraqlu”

DAMASKU kienet belt sinjura fl-​ewwel seklu taʼ l-​Era Komuni tagħna. Imdawra b’ġonna tas-​siġar tal-​frott, kienet qisha oasi għall-​karwani li kienu jaslu mill-​pajjiżi fil-​lvant. Ftit taż-​żmien biss wara l-​mewt taʼ Ġesù Kristu, kien hemm kongregazzjoni Kristjana f’Damasku. Fost il-​membri tagħha kien hemm Lhud li għandhom mnejn saru segwaċi taʼ Ġesù matul il-​Festa taʼ Pentekoste f’Ġerusalemm fis-​sena 33 E.K. (Atti 2:5, 41) Jistaʼ jkun li xi dixxipli mil-​Lhudija marru joqogħdu Damasku meta faqqgħet il-​persekuzzjoni wara t-​tħaġġir taʼ Stiefnu.—Atti 8:1.

X’aktarx matul is-​sena 34 E.K., wieħed Kristjan minn Damasku jismu Ħananija rċieva inkarigu mhux tas-​soltu. Il-​Mulej qallu: “Qum u mur fit-​triq li jgħidulha d-​Dritta, u hemm, fid-​dar taʼ Ġuda, staqsi għal wieħed minn Tarsu, jismu Sawl. Dan qiegħed jitlob.”—Atti 9:11.

It-triq li jgħidulha d-​Dritta kienet twila madwar kilometru u nofs u kienet taqsam iċ-​ċentru taʼ Damasku. Mill-​istampa tas-​seklu 19 li għandna hawnhekk, nistgħu nieħdu idea taʼ kif kienet tidher it-​triq fiż-​żminijiet tal-​qedem. Minħabba l-​mod kif kienet magħmula, Ħananija x’aktarx li kellu jdum ifittex mhux ħażin sakemm isib id-​dar taʼ Ġuda. Madankollu, Ħananija sabha, u bis-​saħħa taż-​żjara tiegħu Sawlu sar l-​appostlu Pawlu, proklamatur żeluż taʼ l-​aħbar tajba.—Atti 9:12-19.

Ġesù kien bagħat lid-​dixxipli tiegħu u kien qalilhom biex ifittxu u ‘jaraw ikunx hemm min jixraqlu’ l-​aħbar tajba. (Mattew 10:11) Mid-​dehra, Ħananija fittex lil Sawlu letteralment. Bħal Ħananija, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ifittxu bil-​ferħ lil dawk li jixirqilhom u jifirħu meta n-​nies jaċċettaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna. L-​isforz kollu li jagħmlu ma jkunx għalxejn meta jsibu wħud bħal dawn.—1 Korintin 15:58.

[Stampa f’paġna 32]

“It-​triq li jgħidulha d-​Dritta” taʼ llum

[Sors tal-​Istampa f’paġna 32]

Mill-​ktieb La Tierra Santa, it-​tieni Volum, 1830

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja