LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 9/1 p. 32
  • Kif Tkampa maʼ l-Iskuraġġiment

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tkampa maʼ l-Iskuraġġiment
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 9/1 p. 32

Kif Tkampa maʼ l-​Iskuraġġiment

TĦOSSOK skuraġġit? F’dan iż-​żmien taʼ inċertezzi u taqbid, ħafna nies hekk iħossuhom. Xi wħud jinsabu skuraġġiti minħabba li m’għandhomx xogħol. Oħrajn qed ikampaw mal-​konsegwenzi taʼ xi aċċident. Jerġaʼ oħrajn qed jitqabdu maʼ problemi tal-​familja, xi mard serju, jew mas-​solitudni.

Jekk int skuraġġit, minfejn tistaʼ tikseb l-​għajnuna? Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja sabu faraġ mill-​qari tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Huma jsibu serħan mill-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu, li qal: “Mbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-​ħniena u Alla taʼ kull faraġ. Hu jfarraġna fl-​hemm kollu tagħna.” (2 Korintin 1:3, 4) Għalfejn ma taqrax din is-​silta tal-​Bibbja u oħrajn mill-​Bibbja tiegħek stess? Jekk tagħmel hekk se ‘tqawwi qalbek u tissaħħaħ.’—2 Tessalonikin 2:17.

L-għajnuna biex tkampa maʼ l-​iskuraġġiment tistaʼ tinstab ukoll fis-​sħubija maʼ dawk li jaqdu lil Jehovah. Proverbji 12:25 jgħid: “L-​inkwiet ikiddha qalb il-​bniedem, imma kelma tajba tferraħha.” Meta nattendu l-​laqgħat Kristjani, aħna nisimgħu dik il-​“kelma tajba,” li hija “ħlewwa tar-​ruħ u saħħa tal-​ġisem.” (Proverbji 16:24) Għala ma tattendix laqgħa f’Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Jehovah ħalli tesperjenza għalik innifsek kemm tistaʼ ssaħħek laqgħa bħal din?

Tistaʼ wkoll tibbenefika mill-​qawwa tat-​talb. Jekk tħossok imtaqqal bl-​ansjetajiet tal-​ħajja, aqsam l-​iktar sentimenti profondi tiegħek maʼ Dak li ‘jismaʼ talbna.’ (Salm 65:3, 4a [65:2, NW]) Il-​Ħallieq tagħna, Alla Jehovah, jifhimna iktar milli nifhmu lilna nfusna. Nistgħu nistrieħu fuq l-​għajnuna tiegħu. Il-​Kelma tiegħu twegħedna: “Qiegħed it-​tagħbija tiegħek fuq il-​Mulej, u hu jgħinek: hu qatt ma jħalli l-​ġust jitfixkel.” (Salm 55:22, KŻ) Iva, “dawk li jittamaw fil-​Mulej jieħdu saħħithom.”—Isaija 40:31.

Alla Jehovah tana provvedimenti qawwijin li jistgħu jgħinuna nkampaw b’suċċess maʼ l-​iskuraġġiment. Int se tużahom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja