LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 6/1 p. 8
  • ‘Ejja u Għinna’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Ejja u Għinna’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Għala Nitgħaxxaq Nagħmel Dixxipli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Tistaʼ tgħin fil-kongregazzjoni tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 6/1 p. 8

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

‘Ejja u Għinna’

F’LULJU taʼ l-​2000 saret stedina fl-​Awstrija, fil-​Ġermanja, u fl-​Isvizzera biex dawk l-​aħwa li kienu jitkellmu bil-​Ġermaniż imorru joqogħdu l-​Bolivja. Għala? Għax xi 300 kilometru madwar Santa Cruz, fil-​Bolivja, fil-​komunitajiet tal-​bdiewa, il-​Mennoniti li kienu jitkellmu bil-​Ġermaniż urew interess kbir fil-​Bibbja.

Madwar 140 Xhud wieġbu għall-​istedina. Xi wħud marru għal ftit ġimgħat, oħrajn għal sena jew iktar. Billi għamlu dan, huma wrew spirtu bħal dak tal-​missjunarji taʼ l-​ewwel seklu li taw kas is-​sejħa: “Ejja l-​Maċedonja u għinna.”—Atti 16:9, 10.

Kif inhu t-​territorju hemmhekk? Anzjan fil-​kongregazzjoni lokali jispjega: “Biex tivvjaġġa lejn wieħed mit-​43 komunità Mennonita, tistaʼ ddum tmien sigħat għaddej minn ġo toroq imħarbtin b’vettura li għandha sistema li tikkontrolla l-​erbaʼ roti. Taʼ spiss, biex iżżur postijiet li qegħdin iktar fil-​bogħod tistaʼ ddum tivvjaġġa erbat ijiem, u xi ljieli saħansitra tispiċċa torqod fit-​tined. Iżda l-​isforz żgur li mhux għalxejn, għax kważi ħadd minn dawn in-​nies ma qatt semaʼ dwar il-​verità qabel.”

Għall-ewwel, ħafna mill-​Mennoniti m’apprezzawx iż-​żjajjar tagħna. Iżda, permezz taʼ sforzi ripetuti ġew megħjunin japprezzaw dak li x-​Xhieda kellhom x’joffru. Per eżempju, wieħed bidwi qal li kien ilu jaqra r-​rivista Stenbaħ! għal madwar sena. Imbagħad żied: “Jien naf li ħafna nies hawnhekk ma jaqblux maʼ dak li tgħidu, iżda jien nemmen li hija l-​verità.” F’komunità oħra, wieħed raġel qal: “Xi wħud mill-​ġirien tiegħi jgħidu li intom profeti foloz, oħrajn jgħidu li għandkom il-​verità. Nixtieq niskopri dan għalija nnifsi.”

Issa hemm kongregazzjoni li fiha jitkellmu bil-​Ġermaniż fil-​Bolivja, b’35 pubblikatur, u 14 minnhom huma evanġelizzaturi full-time. S’issa hemm 14-il Mennonita li saru proklamaturi tas-​Saltna, u hemm 9 oħra li jattendu regolarment għal-​laqgħat. Wieħed raġel anzjan li m’ilux li tgħammed qal: “Tassew naraw id-​direzzjoni taʼ Jehovah. Hu bagħtilna aħwa rġiel u nisa taʼ esperjenza li jitkellmu bil-​Ġermaniż biex jgħinuna. Aħna tassew grati.” It-​tifla taʼ dan ir-​raġel li għandha 17-il sena, li hi wkoll mgħammda, żiedet: “L-​entużjażmu li għandhom l-​aħwa żgħażagħ irġiel u nisa li ġew hawnhekk jittieħed. Bosta minnhom huma pijunieri, u jagħtu minn ħinhom u flushom biex jgħinu lil oħrajn. Dan iqanqal ix-​xewqa fija biex nagħmel l-​istess.”

Bla dubju taʼ xejn, dawk li għamlu sforz biex imorru jgħinu qegħdin jaħsdu ferħ u sodisfazzjon kbir.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja