LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 2/1 p. 32
  • Kuxjenza Onesta

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kuxjenza Onesta
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 2/1 p. 32

Kuxjenza Onesta

DARBA minnhom, waqt li Charles, impjegat f’università fil-​Kenja, kien qed jivvjaġġa lura lejn id-​dar wara x-​xogħol, tilef it-​telefon ċellulari tiegħu. Fil-​Kenja, dawn għadhom xi ħaġa taʼ lussu li jiswew ħafna flus.

“Jien ma stennejtx li xi ħadd se jirritornah,” qal Charles. Madankollu, ftit jiem wara skanta mhux ftit meta rċieva telefonata mill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Kenja. Bil-​kemm setaʼ jemmen dak li kien qed jismaʼ meta staqsewh biex imur u jieħu t-​telefon ċellulari tiegħu! Inzerta li ministru full-time tax-​Xhieda taʼ Jehovah kien ivvjaġġa fl-​istess vettura li kien fiha Charles u kien sab it-​telefon. Fi sforz biex isib taʼ min kien dan it-​telefon, il-​ministru ħadu fl-​uffiċċju tal-​fergħa, u l-​volontieri li jaħdmu hemm eventwalment sabu lil Charles billi fittxew taʼ min kien in-​numru li kien hemm fit-​telefon.

“Jien napprezza ħafna l-​isforzi li għamlu biex jikkuntattjawni minkejja d-​diffikultajiet involuti,” qal Charles f’ittra li hu kiteb lill-​uffiċċju tal-​fergħa. “Jien sinċerament nirringrazzja lill-​membri taʼ l-​organizzazzjoni tagħkom li sabu t-​telefon ċellulari, qagħdu jfittxu taʼ min kien, u rritornawh. Mhux faċli ssib lil xi ħadd onest illum, imma hu ferm inkuraġġanti li għandna xi ftit li jispikkaw bħala Xhieda vera t’Alla Jehovah.”

Ix-Xhieda taʼ Jehovah kullimkien huma magħrufin għall-​onestà tagħhom. Huma jimitaw lill-​appostlu Pawlu, li qal: “Aħna nemmnu li għandna kuxjenza safja billi rridu nġibu ruħna sewwa [“bl-​onestà,” NW] f’kollox.” (Lhud 13:18; 1 Korintin 11:1) Huma jifhmu li kondotta bħal din tagħti glorja lil Alla Jehovah, bħalma qal Ġesù: “Hekk għandu jiddi d-​dawl tagħkom quddiem il-​bnedmin, biex jaraw l-​għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-​smewwiet.”—Mattew 5:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja