LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 11/1 p. 32
  • “Sibt Ħbieb, Imħabba, u Attenzjoni”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Sibt Ħbieb, Imħabba, u Attenzjoni”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 11/1 p. 32

“Sibt Ħbieb, Imħabba, u Attenzjoni”

MINN dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) Eżatt bħalma qal Ġesù, l-​imħabba kienet il-​marka tal-​fratellanza Kristjana tal-​bidu. Tertuljanu, li kiteb iktar minn mitt sena wara l-​mewt taʼ Kristu, ikkwota lil osservaturi li qalu: ‘Ara kemm iħobbu ’l xulxin u kemm huma lesti li jmutu għal xulxin.’

Għadha tistaʼ tinstab imħabba bħal din fid-​dinja? Iva. Ikkunsidra, per eżempju, ittra li ntbagħtet lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Brażil. Marília, il-​mara li kitbet l-​ittra, qalet:

“Meta konna ngħixu Villa Mercedes, fl-​Arġentina, ommi, li hija waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah, sabet li għandha l-​osteoartrite, u din ħallietha paralizzata minn qaddha ’l isfel. Fl-​ewwel tmien xhur tal-​marda tagħha, kienu x-​Xhieda f’Villa Mercedes li daru biha bi mħabba u b’konsiderazzjoni. Huma ħadu ħsieb kollox, naddfulha d-​dar u ppreparawlha l-​ikel. Anki meta kienet l-​isptar, ommi dejjem kellha lil xi ħadd magħha, lejl u nhar.

“Minn dak iż-​żmien ’l hawn jien u ommi rġajna morna noqogħdu l-​Brażil, u hi għadha qed tirkupra mill-​marda. Ix-​Xhieda taʼ fejn qed noqogħdu issa jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinu lil ommi tirkupra.”

Marília tagħlaq l-​ittra hekk: “Nammetti li m’iniex Xhud, imma fost ix-​Xhieda sibt ħbieb, imħabba, u attenzjoni.”

Iva, għad hemm nies li jaġixxu bi mħabba Kristjana vera. Meta jagħmlu hekk, huma juru l-​qawwa li t-​tagħlim taʼ Ġesù għandu fuq ħajjitna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja