LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 9/15 p. 32
  • Meta l-Wegħdi Jkunu Garanzija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta l-Wegħdi Jkunu Garanzija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 9/15 p. 32

Meta l-​Wegħdi Jkunu Garanzija

FL-​ISTORJA saru ħafna wegħdi li ma nżammux. Spiss ġnus sħaħ naqsu milli jżommu trattati taʼ paċi li jkunu ffirmaw solennement, u b’hekk daħħlu lin-​nies tagħhom fi gwerer tal-​biżaʼ. Napuljun darba qal: “Il-​gvernijiet iżommu l-​wegħdi tagħhom biss meta jkunu sforzati li jagħmlu dan, jew meta jkun jaqblilhom.”

Xi ngħidu għall-​wegħdi li jagħmlu n-​nies? Kemm hu taʼ diżappunt meta persuna ma żżommx kelmitha! Dan jiġri speċjalment meta l-​persuna tkun tafha u tafdaha. M’għandniex xi ngħidu, in-​nies għandhom mnejn ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jwettqu l-​wegħdi li jkunu għamlu.

X’differenza hemm bejn il-​wegħdi li jagħmel il-​bniedem u l-​wegħdi li jagħmel Alla! Il-​wegħdi t’Alla tistaʼ tafdahom u toqgħod fuqhom. Kwalunkwe wegħda li jagħmel Alla Jehovah hija garanzija. Żgur se seħħ. Meta jirreferi għall-​kelma t’Alla li ma tfalli qatt, Isaija 55:11 jgħid: “Hekk jiġri minn kelmti: hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.”

Mela, allura, kif għandna nqisuhom il-​wegħdi t’Alla li huma dokumentati fil-​Bibbja? Ċertament li nistgħu noqogħdu fuqhom. Per eżempju, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Din hi l-​għamara taʼ Alla mal-​bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-​poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom. Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” (Apokalissi 21:​3, 4) Int tistaʼ tgawdi barkiet bħal dawn jekk taġixxi fi qbil mal-​kliem taʼ Ġesù: “Din hi l-​ħajja taʼ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja