LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 9/1 p. 32
  • Għajnuna Vera għall-Foqra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna Vera għall-Foqra
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 9/1 p. 32

Għajnuna Vera għall-​Foqra

META Ġesù Kristu, l-​Iben t’Alla, kien hawn fuq l-​art, hu b’interess ġenwin xtaq jgħin lill-​foqra. Wieħed li ra l-​ministeru taʼ Ġesù b’għajnejh stess qal: “L-​għomja jaraw, iz-​zopop jimxu, l-​imġiddmin ifiqu, it-​torox jisimgħu, il-​mejtin iqumu, l-​Evanġelju jixxandar lill-​foqra.” (Mattew 11:5) Madankollu, xi ngħidu għall-​miljuni taʼ nies foqra li hawn illum? Hemm xi aħbar tajba għalihom? Iva, hemm messaġġ taʼ tama!

Għalkemm ħafna drabi n-​nies foqra jiġu injorati u minsijin mid-​dinja in ġenerali, il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, twiegħed: “Għax l-​imsejken ma jintesiex għal dejjem; it-​tama tal-​fqajrin ma tkunx għal dejjem fiergħa.” (Salm 9:19 [9:​18, NW]) Dan il-​kliem mimli faraġ se jitwettaq meta s-​Saltna t’Alla, gvern reali tas-​sema, tieħu post kull ħakma umana. (Danjel 2:44) Bħala Sultan taʼ dak il-​gvern tas-​sema, Ġesù se “jħenn għad-​dgħajjef u għall-​fqajjar; il-​ħajja tal-​fqajrin isalva. Jeħlishom mill-​qerq u mill-​moħqrija; demmhom għażiż quddiem għajnejh.”—Salm 72:​13, 14.

X’se jkunu l-​kundizzjonijiet taʼ l-​għajxien meta Ġesù jaħkem għal fuq l-​art? Dawk li jgħixu taħt il-​ħakma taʼ Kristu fuq l-​art se jgawdu xogħol idejhom. Il-​Bibbja f’Mikea 4:​3, 4 tgħid: “Kull wieħed jinsab taħt id-​dielja tiegħu, u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu; u ma jkunx hemm min iwerwirhom, għax fomm il-​Mulej taʼ l-​eżerċti tkellem.” Is-​Saltna t’Alla saħansitra se ssolvi l-​problemi tal-​mard u l-​mewt. (Isaija 25:8) X’dinja differenti se tkun dik! Dawn il-​wegħdi li nsibu fil-​Bibbja nistgħu nemmnuhom għax huma ispirati minn Alla nnifsu.

Barra li tagħti messaġġ taʼ tama, il-​Bibbja tgħinna nkampaw maʼ l-​isfidi taʼ kuljum, bħal li tegħleb in-​nuqqas taʼ rispett lejk innifsek, li għandu mnejn jiġi meta wieħed ikun fqir. Kristjan fil-​bżonn mill-​istudju tiegħu tal-​Bibbja jaf li f’għajnejn Alla hu prezzjuż daqs Kristjan li hu sinjur. Il-​ktieb Bibliku taʼ Ġob jgħid li Alla ma ‘jistmax l-​għani iktar mill-​fqir, għax kollha huma xogħol idejh.’ (Ġob 34:19) Alla jħobbhom it-​tnejn indaqs.—Atti 10:​34, 35.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja