LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 8/15 pp. 3-4
  • X’Tip taʼ Reputazzjoni Qed Tagħmel Għalik Innifsek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tip taʼ Reputazzjoni Qed Tagħmel Għalik Innifsek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Kif Xi Wħud Jibqgħu Miftakrin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Għażliet li Jwasslu għall-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħajja Mimlija Skop Hija Possibbli!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • ‘Barkiet Jinżlu fuq il-Ġust’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 8/15 pp. 3-4

X’Tip taʼ Reputazzjoni Qed Tagħmel Għalik Innifsek?

ĠIELI qrajt il-​parti fejn iħabbru l-​imwiet fil-​gazzetta lokali tiegħek jew rajt xi rapport twil dwar il-​ħajja taʼ xi ħadd li miet u dak li wettaq f’ħajtu? Staqsejt lilek innifsek, ‘In-​nies kieku x’inhuma jgħidu dwari?’ Kemm hawn min jaħseb kif se jibqgħu jiftakruh in-​nies wara li jmut? B’hekk, ikkunsidra dawn il-​mistoqsijiet onesti: Kieku int mitt il-​bieraħ in-​nies x’inhuma jgħidu dwarek illum? X’tip taʼ reputazzjoni qed tagħmel għalik innifsek? Kif tixtieq li Alla u dawk li kienu jafuk jibqgħu jiftakruk?

Il-​kittieb għaref tal-​ktieb Bibliku taʼ Koħèlet qal: “Aħjar fama tajba miż-​żejt prezzjuż, aħjar jum il-​mewt minn jum it-​twelid.” (Koħèlet 7:1) Għala jum il-​mewt taʼ xi ħadd huwa aħjar minn jum it-​twelid tiegħu? Għaliex fit-​twelid dak li jkun ma jkollu ebda reputazzjoni stabbilita. Ma jkun għadu wettaq xejn f’ħajtu. Il-​ħajja tiegħu se twassal jew għal reputazzjoni pożittiva jew għal waħda negattiva. Għal dawk li bnew reputazzjoni tajba matul is-​snin, jum il-​mewt tabilħaqq huwa aħjar minn jum it-​twelid f’dan l-​aspett.

Għalhekk, għandna għażla. Fil-​fatt, kuljum ikollna ħafna għażliet li se jiddeterminaw ir-​reputazzjoni tagħna fil-​ġurnata li mmutu, speċjalment kif Alla se jibqaʼ jiftakarna. B’hekk, l-​istess Lhudi għaref kiteb: “It-​tifkira tal-​ġust titbierek, imma isem il-​ħżiena jitħassar.” (Proverbji 10:7) Alla jibqaʼ jiftakar fik biex ibierkek—xi privileġġ dak!

Jekk aħna għaqlin, il-​mira tagħna se tkun li nogħġbu lil Alla billi ngħixu fi qbil mal-​livelli tiegħu. Dan ifisser li nsegwu l-​prinċipji bażiċi li esprima Kristu: “‘Ħobb lill-​Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-​kmandament il-​kbir u l-​ewwel wieħed. U t-​tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Dawn iż-​żewġ kmandamenti huma l-​qofol tal-​Liġi kollha u tal-​Profeti.”—Mattew 22:​37-40.

Xi wħud jibqgħu miftakrin bħala filantropi, umanitarji, uħud li jaqbżu għad-​drittijiet ċivili, jew għal dak li jwettqu fin-​negozju, fix-​xjenza, fil-​mediċina, jew f’attivitajiet oħra. Però, int, kif tixtieq li jibqgħu jiftakruk?

Il-poeta Skoċċiż Robert Burns (1759-​96) esprima x-​xewqa li Alla jagħtina d-​don biex aħna naraw lilna nfusna bħalma jarana ħaddieħor. Tistaʼ tħares lejn il-​fatti dwarek innifsek u tgħid li għandek reputazzjoni tajba maʼ nies oħrajn u m’Alla? Fl-​aħħar mill-​aħħar, ir-​relazzjonijiet tagħna m’oħrajn żgur li huma iktar sinifikanti minn xi ħaġa li nistgħu nwettqu għal ftit żmien fid-​dinja taʼ l-​isports jew tan-​negozju. Għalhekk, il-​mistoqsija hija: Il-​mod taʼ kif inġibu ruħna m’oħrajn​—bil-​konversazzjoni tagħna, il-​manjieri tagħna, il-​ġesti tagħna—jeffettwahom? Oħrajn kif iħarsu lejna, bħala li aħna dħulin jew merfugħin? Dħulin jew żorri? Flessibbli jew irridu kollox bl-​eżatt? Nies qalbna tajba u simpatiċi jew inkella bierda u nżommu ’l bogħod min-​nies? Nies li jikkritikaw u jkissru jew li jagħtu pariri li jibnu? Ejja neżaminaw xi eżempji mill-​passat u minn żminijiet moderni biex naraw x’nistgħu nitgħallmu.

[Stampa f’paġna 3]

Robert Burns xtaq li Alla jagħtina d-​don biex aħna naraw lilna nfusna bħalma jarana ħaddieħor.

[Sors]

Mill-​ktieb A History of England

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja