LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 8/1 p. 32
  • “Tnejn min-Nies Ħabbtulna l-Bieb”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Tnejn min-Nies Ħabbtulna l-Bieb”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 8/1 p. 32

“Tnejn min-​Nies Ħabbtulna l-​Bieb”

“GĦADDEW sentejn minn meta b’niket kbir ġarrabna t-​telfa tat-​tifla ż-​żgħira tagħna.” Dan hu kif bdiet ittra li ġiet pubblikata fil-​gazzetta Le Progrès, stampata f’Saint-Étienne, Franza.

“Mélissa kellha tliet xhur u sofriet mill-​kundizzjoni kerha trisomy 18. Qatt ma jirnexxilek tirkupra għalkollox minn traġedja bħal din li tant tidher inġusta. Għalkemm ġejna mrobbijin bħala Kattoliċi, konna ossessjonati bil-​ħsieb, ‘Alla, jekk verament teżisti, għala tippermetti li jiġru affarijiet bħal dawn?’” Jidher ċar li l-​omm li kitbet din l-​ittra ħassitha mnikkta u bla saħħa. L-​ittra tagħha tkompli:

“Ftit wara dan, tnejn min-​nies ħabbtulna l-​bieb. Mill-​ewwel indunajt li huma x-​Xhieda taʼ Jehovah. Kont lesta li bil-​pulit ngħidilhom biex imorru, imma mbagħad innotajt ċertu browxer li kienu qed joffru. Kien jitkellem dwar għala Alla jippermetti s-​sofferenza. Għalhekk, iddeċidejt li ndaħħalhom bl-​intenzjoni li nwaqqgħalhom l-​argumenti. Irraġunajt li fejn tidħol is-​sofferenza, il-​familja tagħna verament ma kinitx nieqsa minnha u li xbajna nisimgħu kummenti banali bħal ‘Alla tahielna, u Alla ħadhielna.’ Ix-​Xhieda qagħdu ftit iktar minn siegħa. Huma qagħdu jisimgħuni b’mogħdrija kbira, u tant ħassejtni aħjar sa x’ħin ġew biex jitilqu li ftehemna li se jerġgħu jżuruni. Dan kien sentejn ilu. Għadni ma sirtx waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah, imma bdejt nistudja l-​Bibbja magħhom, u nattendi l-​laqgħat tagħhom kulmeta jkun possibbli.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja