Djarju Interessanti Ħafna
L-ESPLORATUR Richard E. Byrd għamel ħames spedizzjonijiet lejn l-Antartika mill-1928 sa l-1956. Peress li żamm djarju u ġurnal t’abbord dettaljat, hu u dawk li vvjaġġaw miegħu setgħu jiddeterminaw il-movimenti tar-riħ, ifasslu mapep, u jiksbu informazzjoni konsiderevoli dwar il-kontinent taʼ l-Antartika.
L-ispedizzjoni taʼ Byrd turi kemm jiswa li jinżamm ġurnal t’abbord. F’ġurnal, jew djarju, bħal dan jitniżżel rekord tad-dettalji taʼ vjaġġ jew titjira. Din l-informazzjoni tistaʼ tintuża iktar tard biex jirrivedu dak li jkun ġara jew biex janalizzaw informazzjoni li tistaʼ tkun t’għajnuna fil-vjaġġi tal-futur.
L-Iskrittura tipprovdi rakkont interessanti ħafna tad-Dilluvju taʼ żmien Noè. Dan id-Dilluvju globali dam sejjer għal iktar minn sena. Biex iħejju għad-Dilluvju, Noè, il-mara tiegħu, u t-tliet subien tiegħu flimkien man-nisa tagħhom damu madwar 50 jew 60 sena jibnu l-arka—bastiment kbir li għandu volum taʼ madwar 40,000 metru kubu. X’kien l-iskop tagħha? Li tippreserva xi bnedmin u annimali waqt id-Dilluvju.—Ġenesi 7:1-3.
Fil-fatt, il-ktieb Bibliku taʼ Ġenesi fih dak li nistgħu nsejħulu d-djarju taʼ Noè dwar dak li ġara mill-bidu tad-Dilluvju sakemm hu u l-familja tiegħu ħarġu mill-arka. Għandu dan xi importanza għalina llum?