LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 4/15 p. 32
  • Kemm Hija Importanti l-Qalb Tajba bl-Imħabba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hija Importanti l-Qalb Tajba bl-Imħabba?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 4/15 p. 32

Kemm Hija Importanti l-​Qalb Tajba bl-​Imħabba?

“IL-​BNIEDEM jiġbdek bi tjubitu [“qalb tajba bl-​imħabba,” NW],” tgħid il-​Bibbja. (Proverbji 19:22) Tabilħaqq, atti taʼ qalb tajba mqanqlin mill-​imħabba verament jiġbduk. Madankollu, il-​kelma “qalb tajba bl-​imħabba” fil-​Bibbja tirreferi għal qalb tajba li tistaʼ tkun ibbażata fuq relazzjoni li diġà teżisti, bħal dik ibbażata fuq għemil taʼ qalb tajba li jkun sar qabel minn xi ħaddieħor. B’hekk, din tinkludi l-​ħsieb taʼ lealtà.

Is-​Sultan Ġowas taʼ Ġuda naqas li jiżviluppa din il-​kwalità tant sabiħa. Hu kellu obbligazzjoni kbira u suppost wera gratitudni lejn zitu u zijuh, Ġeħojada. Meta Ġowas kellu inqas minn sena, in-​nanna kiefra tiegħu ħatret lilha nfisha reġina u qatlet lil ħut Ġowas kollha, li kienu werrieta għat-​tron. Imma ma rnexxilhiex toqtol liċ-​ċkejken Ġowas, għax iz-​zija u z-​ziju kienu ħbewh f’post tajjeb. Huma għallmuh ukoll il-​liġi t’Alla. Meta Ġowas kellu sebaʼ snin, zijuh uża l-​awtorità tiegħu bħala l-​qassis il-​kbir biex joqtol lir-​reġina mill-​agħar u jaħtar lil Ġowas bħala Sultan.—2 Kronaki 22:10–23:15.

Ġowas t’età żgħira ħakem bħala sultan b’mod tajjeb sakemm miet zijuh, imma mbagħad dar lejn il-​qima taʼ l-​idoli. Alla bagħat lil Żakkarija, li kien it-​tifel taʼ Ġeħojada, biex iwissi lil Ġowas minħabba l-​apostasija tiegħu. Ġowas ordna li Żakkarija jiġi mħaġġar. Kemm jixxokkjak dan in-​nuqqas taʼ lealtà li wera lejn il-​familja li tant kellu obbligazzjoni lejha!—2 Kronaki 24:​17-21.

Il-Bibbja tgħid: “Is-​sultan Ġowas nesa l-​ġid [“qalb tajba bl-​imħabba,” NW] li Ġeħojada, missier Żakkarija, kien għamel miegħu, [u] qatillu lil ibnu.” Waqt li kien qed imut, Żakkarija qal: “Ħa jara l-​Mulej u jitlob il-​kont hu.” Preċiż bħalma kien qal Żakkarija, Ġowas marad ħafna u nqatel mill-​qaddejja tiegħu stess.—2 Kronaki 24:​17-25.

Minflok ma jispiċċaw bħas-​Sultan Ġowas, dawk kollha li jimxu maʼ dan il-​parir se jiġu mberkin fil-​futur: “It-​tjieba [“il-​qalb tajba bl-​imħabba,” NW] u l-​fedeltà tħallihomx iħalluk. . . . Hekk issib [“grazzja,” Karm Żammit]. . . quddiem Alla u l-​bnedmin.”—Proverbji 3:​3, 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja