LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 3/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Għala Nosservaw l-Ikla tal-Mulej?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • “Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Għala nosservaw l-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ikla sempliċi tgħallimna ħafna dwar Sultan tas-sema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 3/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jistgħu jsiru xi arranġamenti jekk Kristjan midluk li jkun marid isibha impossibbli li jattendi għall-​kommemorazzjoni tal-​kongregazzjoni taʼ l-​Ikla taʼ Fil-​Għaxija tal-​Mulej?

Iva. Jistgħu u għandhom isiru xi arranġamenti biex tintwera konsiderazzjoni għal Kristjan midluk li jkun marid u forsi ma jistax iqum mis-​sodda u minħabba f’hekk ma jkunx jistaʼ jingħaqad mal-​kongregazzjoni għall-​osservanza tat-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu. F’każ bħal dan, il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani tistaʼ tagħmel arranġament biex anzjan jew ħu Kristjan matur ieħor jieħu ftit mill-​emblemi tal-​ħobż u l-​inbid lil sieħbu fit-​twemmin fl-​istess lejl qabel tlugħ ix-​xemx.

Skond ma jippermettu ċ-​ċirkustanzi, l-​anzjan jew il-​ħu l-​ieħor li jagħmel iż-​żjara jistaʼ jagħmel ftit kummenti qosra u jaqra skritturi xierqa. Jistaʼ jsegwi l-​eżempju li stabbilixxa Ġesù meta waqqaf l-​Ikla taʼ Fil-​Għaxija tal-​Mulej. Per eżempju, jistaʼ jinqara Mattew 26:26 u wara talba jiġi preżentat il-​ħobż bla ħmira. Imbagħad, il-​ħu li jkun qed jagħmel iż-​żjara jistaʼ jaqra Mattew kapitlu 26, versi 27 u 28, u wara talba oħra jiġi preżentat l-​inbid. Jistaʼ jagħmel xi kummenti qosra dwar it-​tifsira taʼ kull emblema, u jkun xieraq li jagħlaq b’talba.

M’għandniex xi ngħidu, għandu jsir kull sforz raġunevoli biex wieħed ikun preżenti għall-​osservanza tal-​kongregazzjoni taʼ l-​Ikla taʼ Fil-​Għaxija tal-​Mulej. Imma x’jistaʼ jsir f’sitwazzjoni estrema fejn Kristjan midluk ikun marid serjament, jinsab l-​isptar, jew b’xi mod ieħor ma jkunx jistaʼ josserva t-​Tifkira wara nżul ix-​xemx fl-​14 taʼ Nisan? Wieħed mill-​midlukin li jinsab f’din is-​sitwazzjoni jistaʼ jieħu vantaġġ minn preċedent fil-​Liġi Mosajka u jikkommemorah fil-​privat 30 jum wara.—Numri 9:​9-14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja