LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 10/1 p. 32
  • Għandek Int Tieħu l-Affarijiet bil-Lajma?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Int Tieħu l-Affarijiet bil-Lajma?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 10/1 p. 32

Għandek Int Tieħu l-​Affarijiet bil-​Lajma?

ĦAFNA nies forsi jħossu li huwa kumpliment li ħaddieħor jarahom bħala persuna kalma, trankwilla, paċifika, u tolleranti. Madankollu, il-​kalma nistgħu nħarsu lejha minn angolu differenti. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​lajma taʼ l-​istupidi hija dik li se teqridhom.” (Proverbji 1:​32, NW) Dan xi jfisser?

Verżjonijiet oħra tal-​Bibbja jittraduċu l-​kelma oriġinali Ebrajka b’espressjonijiet bħalma huma “nuqqas taʼ ħsieb” (Saydon) u “kuntent ħafna bih innifsu.” (The New American Bible) F’dan is-​sens, li tkun kalm hu assoċjat maʼ li tkun għażżien u traskurat, u b’hekk tkun stupidu u iblah.

Fl-ewwel seklu, il-​Kristjani fil-​kongregazzjoni taʼ Laodiċija kienu indifferenti jew kuntenti dwar in-​nuqqasijiet spiritwali tagħhom. Daqskemm kienu kuntenti bihom infushom ftaħru li ‘ma [kien] jonqoshom xejn.’ Ġesù Kristu kkoreġiehom billi ħeġġiġhom biex ikollhom l-​istess żelu Kristjan li kellhom qabel.—Apokalissi 3:​14-19.

Anki n-​nies taʼ żmien Noè kienu jieħdu l-​affarijiet bil-​lajma u kienu sodisfatti bihom infushom. Huma kien moħħhom biss fl-​affarijiet tad-​dinja, bħal li “jieklu u jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu . . . , u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-​dilluvju u ġarr lil kulħadd.” Ġesù mbagħad żied: “Hekk tkun il-​miġja taʼ Bin il-​bniedem.”—Mattew 24:​37-39.

Il-profeziji tal-​Bibbja li twettqu jindikaw li qed ngħixu matul “il-​miġja taʼ Bin il-​bniedem,” Ġesù Kristu. Jalla qatt ma nsiru kuntenti bina nfusna, traskurati, jew nieħdu kollox bil-​lajma—kalmi fis-​sens negattiv.—Luqa 21:​29-36.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja