LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 3/1 p. 19
  • ‘L-Imħabba Tagħna Saret Iktar Profonda’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘L-Imħabba Tagħna Saret Iktar Profonda’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 3/1 p. 19

‘L-​Imħabba Tagħna Saret Iktar Profonda’

NHAR il-​Ġimgħa, 31 taʼ Marzu taʼ l-​2000, il-​Vulkan Usu ġo Hokkaido, il-​Ġappun, żbroffa wara li kien ilu rieqed 23 sena. Eluf taʼ residenti kellhom jaħarbu mill-​inħawi li kienu fil-​periklu. Ħafna tilfu djarhom u xogħolhom, imma għallinqas ħadd ma tilef ħajtu. Fost in-​nies li kellhom jaħarbu kien hemm 46 Xhud taʼ Jehovah, imma dawn ma tħallewx mingħajr għajnuna.

Dik il-​ġurnata stess taʼ l-​iżbroff, bl-​għajnuna taʼ ministru Kristjan li jivvjaġġa u li jaqdi fl-​inħawi, saru arranġamenti biex tingħata l-​għajnuna. Malajr, provvisti t’għajnuna bdew jaslu mingħand kongregazzjonijiet fil-​qrib. Fil-​pront, taħt is-​superviżjoni tal-​fergħa tal-​Ġappun, ġie fformat kumitat għall-​għajnuna, u l-​fond għall-​għajnuna mtela bid-​donazzjonijiet mix-​Xhieda taʼ Jehovah minn kull naħa tal-​Ġappun. Ministri full-time tax-​Xhieda taʼ Jehovah intbagħtu biex jgħinu fl-​attivitajiet spiritwali tal-​kongregazzjoni li ġiet effettwata l-​iktar, u indokratur tas-​circuit żar dawk l-​inħawi darba wara l-​oħra biex jagħti għajnuna emozzjonali u spiritwali.

F’dan il-​perijodu diffiċli x-​Xhieda fil-​parti li ntlaqtet komplew jorganizzaw il-​laqgħat Kristjani tagħhom billi ltaqgħu fi djar privati ’l bogħod mill-​periklu. Meta tneħħiet l-​ordni għall-​evakwazzjoni fl-​inħawi fejn kienet is-​Sala tas-​Saltna, l-​aħwa marru lura hemmhekk, u sabu l-​bini mmejjel, imxaqqaq, u bi ħsarat kbar. Ftit ’il bogħod mis-​Sala tas-​Saltna, duħħan oħxon kien għadu ħiereġ mill-​bokka li nfetħet fil-​vulkan. Għalhekk, ix-​Xhieda ħasbu, ‘Huwa għaqli li nkomplu nagħmlu l-​laqgħat hawnhekk? Is-​Sala tas-​Saltna tistaʼ tissewwa?’

Kien għalhekk li ttieħdet deċiżjoni biex tinbena Sala tas-​Saltna ġdida f’post fil-​qrib li kien iktar fis-​sigurtà. Iktar assistenza li kienet meħtieġa ngħatat mill-​Kumitat Reġjonali tal-​Bini. Il-​flus li nġabru mid-​donazzjonijiet taʼ l-​aħwa madwar il-​pajjiż intużaw għal dan il-​bini. L-​art inkisbet malajr, u grazzi għall-​għajnuna taʼ mijiet taʼ volontieri, fi żmien qasir tlestiet Sala tas-​Saltna ġdida. Il-​Ħadd, 23 taʼ Lulju, 2000, saret l-​ewwel laqgħa f’din is-​Sala tas-​Saltna li kienet għadha kif inbniet u għaliha attendew 75 ruħ. Fl-​attendenza ħafna kienu dawk li bdew jibku bil-​ferħ. Meta saret id-​dedikazzjoni tas-​Sala tas-​Saltna f’Ottubru taʼ dik is-​sena, wieħed mill-​anzjani tal-​kongregazzjoni lokali tqanqal biex jgħid: “Dan l-​iżbroff ikkaġuna diffikultajiet u tbatija. Imma, dan il-​bini biddel il-​biżaʼ tagħna f’ferħ. L-​imħabba tagħna għal Jehovah u għall-​aħwa Kristjani għeżież tagħna saret iktar profonda!”

[Sors tal-​Istampa f’paġna 19]

L-​iżbroff tal-​Vulkan Usu: AP Photo/Koji Sasahara

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja