LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 10/1 p. 32
  • Dak li Nitgħallmu mill-Palma

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dak li Nitgħallmu mill-Palma
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 10/1 p. 32

Dak li Nitgħallmu mill-​Palma

“FORMA grazzjuża taʼ sbuħija unika.” Hekk tispjegaha l-​palma tat-​tamal enċiklopedija waħda tal-​Bibbja. Fi żminijiet Bibliċi u anki llum, il-​palm tat-​tamal isebbaħ il-​Wied tax-​Xmara Nil fl-​Eġittu, u jipprovdi dell rifreskanti madwar il-​ħafna oasi li hemm fid-​Deżert tan-​Negeb.

Bħal ħafna mill-​ispeċi tas-​siġra tal-​palm, il-​palma tat-​tamal għandha qagħda wieqfa li tolqot l-​għajn. Xi wħud jilħqu għoli taʼ 30 metru u jibqgħu jagħtu l-​frott għal 150 sena. Verament, il-​palma tat-​tamal hi sabiħa ferm biex tħares lejha u tibqaʼ mistagħġeb bl-​ammont taʼ frott li tagħmel. Kull sena tagħmel diversi għenieqed taʼ tamal. Għanqud wieħed jistaʼ jkun fih iktar minn 1,000 tamla. Rigward it-​tamal, awtur wieħed kiteb: “Dawk li . . . minn din il-​frotta daqu biss it-​tip niexef u ppakkjat li joffru l-​ħwienet, lanqas biss jistgħu jimmaġinaw kemm hi delizzjuża meta tittiekel friska.”

Bix-xieraq, il-​Bibbja xxebbah lil xi bnedmin mas-​siġar tal-​palm. Bħal siġra tal-​palm li tagħmel ħafna frott, individwu jingħoġob minn Alla billi jkun rett moralment u jkompli jagħmel xogħlijiet tajbin. (Mattew 7:​17-​20) Għal din ir-​raġuni, figuri mnaqqxin tas-​siġar tal-​palm kienu jintużaw biex iżejnu kemm it-​tempju taʼ Salamun kif ukoll it-​tempju tal-​viżjoni t’Eżekjel. (1 Slaten 6:​29, 32, 35; Eżekjel 40:​14-​16, 20, 22) B’hekk, biex il-​qima tal-​bniedem tkun aċċettabbli għal Alla, dak li jkun irid ikollu l-​karatteristiċi mixtieqa bħal dawk taʼ palma tat-​tamal. Il-​Kelma t’Alla tispjega: “Il-​bniedem ġust bħall-​palma jħaddar.”​—Salm 92:13 (92:​12, NW).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja