LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 6/1 p. 32
  • L-Istudju tal-Bibbja Jgħodd Għalik?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Istudju tal-Bibbja Jgħodd Għalik?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 6/1 p. 32

L-​Istudju tal-​Bibbja Jgħodd Għalik?

“M’GĦANDHIEX tinqara jekk ma jkunx hemm qassis preżenti.” Din it-​twissija tidher fil-​bidu taʼ xi Bibbji Kattoliċi. “Bħala Kattoliċi mhux minn dejjem kienu jħalluna naqraw il-​Bibbja,” tgħid Kay Murdy mill-​Istitut Kattoliku tal-​Bibbja ġewwa Los Angeles, “imma s-​sitwazzjoni qed tinbidel.” Hi tinnota li malli l-​Kattoliċi jindunaw x’effett jistaʼ jkollha f’ħajjithom l-​Iskrittura Mqaddsa, “huma jibdew jiżviluppaw il-​ġuħ u l-​għatx spiritwali għall-​Bibbja.”

Meta r-​rivista U.S. Catholic tkellmet dwar din il-​bidla, ikkwotat dak li qal wieħed inkarigat mill-​edukazzjoni reliġjuża. Dan qal li l-​Kattoliċi li jieħdu korsijiet biex jistudjaw il-​Bibbja ħassew li “bħala Kattoliċi ġew imċaħħdin, u li hemm abbundanza taʼ rikkezzi spiritwali fil-​Bibbja. Huma jridu jiksbu xi ftit minn dawn ir-​rikkezzi li jħossu li kienu tilfu.”

Hu x’inhu l-​każ, liema “rikkezzi” jistaʼ student tal-​Bibbja jiskopri? Aħseb ftit: Tixtieq tkun taf kif tistaʼ tkampa maʼ l-​ansjetajiet tal-​ħajja taʼ kuljum? Kif tistaʼ żżomm il-​paċi fil-​ħajja tal-​familja? Għala hawn daqstant nies li huma psataż u bla manjieri? X’inhu li jġiegħel liż-​żgħażagħ ikunu daqshekk vjolenti llum? Għal dawn il-​mistoqsijiet u oħrajn li jistgħu jħawduk, tistaʼ ssib tweġiba taʼ min joqgħod fuqha fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Dawn it-​tweġibiet jistgħu jkunu “rikkezzi” tabilħaqq, mhux biss għall-​Kattoliċi jew il-​Protestanti iżda wkoll għall-​Buddisti, il-​Ħindi, il-​Musulmani, ix-​Xintuwisti, u saħansitra għall-​atei u l-​anjostiċi. Bħalma poġġieha s-​salmista, ‘il-​kelma t’Alla kienet fanal għal riġlejh, u dawl għall-​mogħdija tiegħu.’ Tistaʼ tkun l-​istess għalik.​—Salm 119:105.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja