‘Grazzi lix-Xhieda taʼ Jehovah għal-Libertà Reliġjuża’
“QABEL ma tagħlaq il-bieb lil xi wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah,” jgħid artiklu fil-gazzetta USA Today, “ieqaf ftit u aħseb dwar il-persekuzzjoni tal-mistħija li huma batew ftit taż-żmien ilu, u dwar is-sehem kbir li taw għal-libertajiet taʼ l-Ewwel Emenda li lkoll kemm aħna qegħdin ingawdu.” Ix-Xhieda taʼ Jehovah ġew persegwitati fl-Istati Uniti matul is-snin erbgħin għax, fost affarijiet oħra, ma jsellmux lill-bandiera.—Eżodu 20:4, 5.
Kien hemm xi 30 każ li jinvolvu lix-Xhieda taʼ Jehovah u li ttellgħu quddiem il-Qorti Suprema taʼ l-Istati Uniti fil-ħames snin taʼ bejn l-1938 u l-1943. L-artiklu jgħid: “Tant kienu frekwenti d-drabi li x-Xhieda tellgħu kawżi bażiċi dwar l-Ewwel Emenda li l-Imħallef Harlan Fiske Stone kiteb, ‘Ix-Xhieda taʼ Jehovah jistħoqqilhom jitħallsu taʼ l-għajnuna kbira li jagħtu biex isolvu l-problemi legali tal-libertajiet ċivili.’”
B’hekk, fil-konklużjoni tiegħu, l-artiklu jgħid: “Ir-reliġjonijiet kollha għandhom jirringrazzjaw lix-Xhieda taʼ Jehovah għall-fatt li l-libertà [reliġjuża] espandiet daqshekk.”
[Sors tal-Istampa f’paġna 32]
Fl-isfond, bini: Ritratt minn Josh Mathes, Kollezzjoni tal-Qorti Suprema taʼ l-Istati Uniti; isfel fuq ix-xellug, imħallfin: Kollezzjoni tal-Qorti Suprema taʼ l-Istati Uniti