Okkażjoni li M’Għandekx Titlifha
“Kull ħaġa tajba li tingħata u kull don perfett” jinżel mingħand Alla, Missierna tas-sema.—Ġakbu 1:17.
L-AKBAR rigal li Alla ta lill-bnedmin midinbin huwa l-mezz taʼ salvazzjoni permezz taʼ l-Iben uniġenitu tiegħu, Ġesù Kristu. Il-mewt taʼ Ġesù, il-Feddej tagħna, tagħmilha possibbli li niksbu l-ħajja taʼ dejjem fuq art magħmula ġenna. F’Luqa 22:19 aħna kmandati biex infakkru l-mewt tiegħu.
Ix-Xhieda taʼ Jehovah jistidnuk minn qalbhom biex flimkien magħhom tobdi l-kmand taʼ Ġesù. Din l-okkażjoni annwali se ssir wara nżul ix-xemx fid-data li tikkorrispondi maʼ l-14 taʼ Nisan fuq il-kalendarju qamri tal-Bibbja, jiġifieri l-Ħadd, 8 t’April, 2001. Ħu nota taʼ din id-data sabiex ma tinsihiex. Ix-Xhieda taʼ Jehovah fl-inħawi tiegħek jistgħu jgħidulek il-post u l-ħin eżatt fejn se ssir il-laqgħa.