LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 1/1 p. 32
  • Paċi għall-Millennju l-Ġdid?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Paċi għall-Millennju l-Ġdid?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 1/1 p. 32

Paċi għall-​Millennju l-​Ġdid?

IS-​SENA Internazzjonali għat-​Tisħiħ tal-​Paċi ġiet inawgurata f’Pariġi u fil-​belt taʼ New York fl-​14 taʼ Settembru, 1999. Dan tħabbar mill-​Assemblea Ġenerali tal-​Ġnus Magħquda għas-​sena 2000. Federico Mayor, dak li qabel kien id-​direttur ġenerali tal-​UNESCO, għamel appell solenni “biex jinħoloq moviment globali għat-​tisħiħ tal-​paċi.”

Il-​UNESCO temmen fil-​prinċipju li “ladarba l-​gwerer jibdew fl-​imħuħ tan-​nies, huwa fl-​imħuħ tan-​nies li jrid jinbena għarfien biex tiġi protetta l-​paċi.” Fi qbil maʼ dan, l-​organizzazzjoni bi ħsiebha tinkuraġġixxi t-​tisħiħ tal-​paċi permezz taʼ “edukazzjoni, djalogu u kooperazzjoni.” Is-​Sur Mayor ikkummenta li m’huwiex biżżejjed “li tkun paċifiku, lanqas li tkun paċifist, imma li tkun paċifikatur.”

Jiddispjaċina ngħidu li s-​sena 2000 uriet li kienet ’il bogħod ħafna mill-​paċi. L-​istorja moderna, inkluż il-​ġrajjiet li seħħew fis-​sena 2000, uriet kemm il-​bniedem m’huwiex kapaċi jevita l-​gwerer u l-​vjolenza minkejja l-​isforzi sinċieri biex dawn ma jseħħux.

Madankollu, taʼ min jinnota li l-​paċi hija katina waħda maʼ l-​edukazzjoni. Xi 2,700 sena ilu, il-​profeta Isaija bassar: “Uliedek kollha jitgħallmu mingħand il-​Mulej, u kbir ikun is-​sliem taʼ wliedek.” (Isaija 54:​13, Saydon, korsiv tagħna.) L-​istess profeta bassar żmien meta nies minn kull ġens kienu se jiġru lejn il-​qima pura t’Alla Jehovah biex jitgħallmu dwar il-​mogħdijiet Tiegħu. B’liema riżultat? “Huma jibdlu x-​xwabel tagħhom f’sikek tal-​moħriet, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel. Ebda ġens ma jerfaʼ x-​xabla kontra ġens ieħor, u s-​sengħa tal-​gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.” (Isaija 2:​2-4, korsiv tagħna.) Fi qbil maʼ din il-​profezija, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jieħdu sehem f’dan ix-​xogħol edukattiv. Dan qed jagħmluh madwar id-​dinja kollha u diġà għenu lil miljuni taʼ nies jegħlbu l-​mibegħda nazzjonalistika u razzjali, li hija l-​kawża taʼ ħafna mill-​gwerer.

Sa fl-​aħħar, il-​gwerer m’humiex se jkunu jeżistu iktar taħt is-​Saltna t’Alla, għax din se ġġib paċi u sigurtà dejjiema fid-​dinja. (Salm 72:7; Danjel 2:​44) Imbagħad, se jitwettaq il-​kliem tas-​salmista: “Ejjew, araw x’għamel il-​Mulej, għemejjel taʼ l-​għaġeb fuq l-​art. Iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.”​—Salm 46:9, 10 [46:8,9, NW].

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja