LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 9/1 p. 32
  • Meta s-Skiet Ifisser Qbil

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta s-Skiet Ifisser Qbil
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 9/1 p. 32

Meta s-​Skiet Ifisser Qbil

Il-​ktieb Betrayal—German Churches and the Holocaust jiddiskuti bil-​miftuħ l-​irwol tar-​reliġjon fin-​Naziżmu. “Kien hemm ħafna Kristjani li appoġġaw ir-​reġim,” isostni l-​ktieb, “u fil-​maġġuranza l-​kbira tagħhom naqsu li joġġezzjonaw għall-​persekuzzjoni tal-​Lhud. Is-​skiet, f’dan il-​każ, jgħid ħafna.”

X’kien li ġibed lil dawk li kienu jgħidu li huma Kristjani lejn in-​Naziżmu? Il-​ktieb jispjega li ħafna tqarrqu minħabba li Hitler kien “jinsisti li fis-​soċjetà Ġermaniża jinżamm l-​ordni u l-​liġi tiġi mħarsa.” Jgħid: “Hu kien kontra l-​pornografija, il-​prostituzzjoni, l-​abort, l-​omosesswalità, u l-​‘oxxenità’ taʼ l-​arti moderna. Barra minn hekk, sabiex jinkuraġġixxi lin-​nisa jibqgħu jżommu l-​irwol tradizzjonali tagħhom bħala nisa tad-​dar, kien jagħti midalja tal-​bronż lil dawk li kien ikollhom erbat itfal, midalja tal-​fidda lil dawk li kien ikollhom sitta u midalja tad-​deheb lil dawk li kien ikollhom tmienja. Dan l-​appell biex in-​nies jibqgħu jżommu l-​valuri tradizzjonali, flimkien man-​nazzjonaliżmu militarizzat li ħareġ bih Hitler biex ipatti għall-​umiljazzjoni li sofra pajjiżu minħabba t-​Trattat taʼ Versailles, għamel lis-​Soċjaliżmu Nazzjonali jidher bħala għażla attraenti għal ħafna mill-​Kristjani fil-​Ġermanja, saħansitra għall-​biċċa l-​kbira minnhom.”

Kien hemm grupp wieħed li spikka għax kien ferm differenti mill-​oħrajn. “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah,” jinnota l-​ktieb Betrayal, “irrifjutaw li jieħdu sehem fil-​vjolenza jew fl-​użu tal-​forza militari.” Bħalma wieħed jistenna, dan wassal għal attakk viljakk kontra dan il-​grupp żgħir, u ħafna mill-​membri ġew mixħutin f’kampijiet tal-​konċentrament. Madankollu, oħrajn li kienu jgħidu li huma segwaċi taʼ Kristu baqgħu b’ħalqhom magħluq. Il-​ktieb ikompli jgħid: “Il-​Kattoliċi u l-​Protestanti in ġenerali iktar urew mibegħda milli simpatija lejn ix-​Xhieda taʼ Jehovah, u iktar kienu jaqblu mal-​valuri ħorox taʼ Hitler milli maʼ dawk paċifisti tax-​Xhieda.” Is-​skiet tagħhom bla dubju kompla ħarrax it-​trattament ħażin tax-​Xhieda taħt ir-​reġim Nazista.

Filwaqt li għad hemm kontroversja kbira dwar l-​indħil tal-​knejjes fil-​politika Nazista, lix-​Xhieda taʼ Jehovah l-​ktieb Betrayal isejħilhom “grupp reliġjuż taʼ nies li rrifjutaw li jappoġġaw ir-​reġim jew li jikkollaboraw miegħu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja