LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 6/15 p. 32
  • Min Se Jtemm il-Vjolenza?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Se Jtemm il-Vjolenza?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 6/15 p. 32

Min Se Jtemm il-​Vjolenza?

F’SETTEMBRU taʼ l-​1999, is-​Segretarju Ġenerali tal-​ĠM, Kofi Annan, iltaqaʼ mad-​delegati għall-​54 sessjoni annwali taʼ l-​Assemblea Ġenerali. Kif ġie rapportat f’The Toronto Star, hu qajjem kwistjoni għall-​mexxejja dinjin, billi stqarr: “Hemm numru kbir taʼ nies li għandhom bżonn taʼ iktar minn sempliċi kliem taʼ simpatija mill-​komunità internazzjonali. Dawn jeħtieġu ’l min jimpennja ruħu tassew u jagħtihom l-​appoġġ neċessarju f’li jgħinhom iġibu fi tmiem iċ-​ċikli taʼ vjolenza, u jqabbadhom it-​triq għall-​prosperità ’l bogħod mill-​periklu.”

Jistgħu l-​ĠM u l-​ġnus membri tagħha jagħmluh tassew dan l-​impenn u jagħtu l-​appoġġ neċessarju biex tintemm il-​vjolenza? Bħalma ġie kwotat fl-​istess rapport taʼ Star, il-​President taʼ l-​Istati Uniti, Bill Clinton, qal: “Wara t-​tixrid kollu taʼ demm li sar f’dan is-​seklu, aħna nafu li faċli ngħidu ‘mhux se jerġaʼ jiġri,’ imma hu ferm iktar diffiċli li nwettquh.” Hu żied: “Meta nwegħdu żżejjed jistaʼ jkun krudili daqs meta ftit li xejn nagħtu kas.”

Iktar minn 2,500 sena ilu, il-​profeta Ġeremija qal dan rigward l-​isforzi umani: “Jien naf, Mulej, triq il-​bniedem m’hijiex f’idejh, anqas min jimxi ma jistaʼ jiddirieġi l-​passi tiegħu.” (Ġeremija 10:23) Mela, x’tama għandna li l-​vjolenza se tintemm?

Bħalma naqraw f’Isaija 60:​18, Alla ta l-​assiguranza: “Ma tinstemax aktar dnewwa f’artek, u ħerba u qerda fi trufijietek.” Din il-​profezija diġà kellha l-​ewwel twettiq tagħha meta Alla ġab lin-​nies tiegħu lura mill-​eżilju lejn art twelidhom. Iżda għandha wkoll twettiq akbar li aħna nistgħu ngawdu minnu. Alla Jehovah mhux qed ‘iwiegħed iżżejjed.’ Bħala l-​Iktar Għoli u l-​Ħallieq taʼ l-​umanità, hu jinsab fl-​aħjar pożizzjoni li jġib fi tmiem ‘iċ-​ċikli taʼ vjolenza.’ Taħt is-​Saltna t’Alla, il-​paċi se tirbaħ. Il-​vjolenza se tispiċċa għal dejjem!—Danjel 2:44.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja