LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 6/1 p. 8
  • Insiru Nafu lil Dak Alla taʼ Mħabba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Insiru Nafu lil Dak Alla taʼ Mħabba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Materjal Simili
  • Kif Tistaʼ Ssib Serħan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Ġeħova Ppremja bil-Kbir ix-Xewqa Tiegħi li Nkun Missjunarja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Għala Għandek Tevita L-Ispiritiżmu
    Stenbaħ!—2000
  • Il-Perseveranza Ġġib il-Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 6/1 p. 8

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Insiru Nafu lil Dak Alla taʼ Mħabba

FL-​ETÀ taʼ 16-il sena, żagħżugħ Brażiljan jismu Antônio kien diġà qataʼ qalbu mill-​ħajja. Tant kien iħoss li ma jiswa għal xejn li wasal biex beda jieħu d-​drogi u jixrob ħafna. Tgħidx kemm-il darba ħaseb biex jikkommetti suwiċidju. Kien f’dawn il-​mumenti li kien jiftakar fil-​kliem li kienet qaltlu ommu li “Alla hu mħabba.” (1 Ġwann 4:8) Imma kif setaʼ jsib lil dan Alla taʼ mħabba?

Antônio beda jipprova jaqtaʼ l-​vizzju tad-​drogi u x-​xorb, u għalhekk mar għand il-​kappillan tal-​post biex jitolbu l-​għajnuna. Għalkemm Antônio sar attiv ferm fil-​Knisja Kattolika, hu xorta waħda kien għad baqagħlu ħafna mistoqsijiet iberrnu f’moħħu. Per eżempju, hu b’xejn ma setaʼ jifhem x’ifisser il-​kliem taʼ Ġesù, “Tagħrfu l-​verità u l-​verità teħliskom.” (Ġwann 8:32) Ġesù liema xorta taʼ ħelsien wiegħed? Fil-​knisja ma sabx risposti sodisfaċenti għall-​mistoqsijiet tiegħu. Maż-​żmien, Antônio beda jitbiegħed bil-​mod il-​mod mill-​knisja u reġaʼ waqaʼ għall-​vizzji li kellu qabel. Fil-​fatt, sar agħar milli kien.

Kien bejn wieħed u ieħor f’dan iż-​żmien li Maria, mart Antônio, bdiet tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Hu qatt ma kien jopponilha, però lix-​Xhieda kien iqishom bħala “reliġjon Amerikana li qed ixxerred l-​imperjaliżmu Amerikan.”

Maria ma qatgħetx qalbha, u kienet tħalli xi kopji tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! b’artikli li kienet taħseb li setgħu jinteressaw lil Antônio xi mkien fejn setaʼ jarahom faċilment. Minħabba li Antônio kien iħobb jaqra, kultant kienet tegħlbu l-​kurżità u kien jagħti titwila lejn ir-​rivisti meta martu ma kinitx tkun id-​dar. Għall-​ewwel darba f’ħajtu, sab it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet li kellu dwar il-​Bibbja. “Bdejt ninnota wkoll l-​imħabba u l-​qalb tajba li wrewni kemm marti kif ukoll ix-​Xhieda,” jiftakar hu.

Sa nofs is-​sena 1992, Antônio ddeċieda li hu wkoll kien jixtieq jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Iżda xorta waħda baqaʼ jieħu d-​drogi u jixrob ħafna. Darba minnhom, tard bil-​lejl, waqt li hu u ħabibu kienu fi triqithom lura lejn id-​dar minn raħal fqir, waqqfuhom il-​pulizija. Meta l-​pulizija sabu l-​kokaina fuq Antônio, tgħidx kemm bdew isawtuh. Wieħed mill-​pulizija tefgħu fit-​tajn u ppontalu xkubetta maʼ wiċċu. “Oqtlu!” bdew jgħajtu l-​pulizija l-​oħrajn.

Hekk kif Antônio kien mixħut fit-​tajn, beda jġib quddiem għajnejh l-​istorja taʼ ħajtu. L-​uniċi affarijiet tajbin li setaʼ jiftakar kienu l-​familja tiegħu u Jehovah. Lissen talba żgħira lil Jehovah, u talbu bil-​ħniena biex jgħinu. Bla ebda raġuni, il-​pulizija ħallewh jitlaq. Hu mar id-​dar konvint li Jehovah kien ipproteġieh.

Antônio beda jistudja l-​Bibbja, din id-​darba b’iktar ħeġġa minn qabel. Bil-​ftit il-​ftit, hu għamel xi bidliet sabiex jogħġob lil Jehovah. (Efesin 4:​22-24) Minħabba li ħadem biex irażżan lilu nnifsu, hu beda jipprova jsolvi l-​problemi li kellu minħabba li kien jieħu d-​drogi. Xorta waħda kellu bżonn taʼ l-​għajnuna medika. Matul ix-​xahrejn li dam ġewwa klinika taʼ rijabilitazzjoni, hu kellu l-​opportunità li jaqra diversi pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja, inkluż il-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Min-​naħa tiegħu, Antônio tkellem dwar dak li tgħallem minn dawn il-​kotba maʼ pazjenti oħrajn.

Wara li Antônio ħareġ mill-​klinika, hu kompla jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Illum Antônio, Maria, u ż-​żewġt ibniet tagħhom, flimkien maʼ omm Antônio, qed jaqdu lil Jehovah bħala familja hienja u magħquda. Antônio jgħid: “Issa nistaʼ nifhem x’ifisser verament il-​kliem ‘Alla hu mħabba.’”

[Stampa f’paġna 8]

Waqt ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar f’Rio de Janeiro

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja