LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 3/15 p. 32
  • Dak li Timmissja mill-Belt taʼ New York

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dak li Timmissja mill-Belt taʼ New York
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 3/15 p. 32

Dak li Timmissja mill-​Belt taʼ New York

DIN it-​tabella t’hawn fuq ilha tidher b’mod prominenti fuq waħda mill-​fabbriki tal-​Watchtower Society fi Brooklyn, New York, mis-​snin 50. Vjaġġaturi, turisti, u oħrajn li jgħaddu minn hemmhekk jiġu mfakkrin biex jaqraw il-​Bibbja kuljum. L-​ittra li ġejja, mibgħuta minn tifla żgħira li hi Xhud, turi kemm hi effettiva din it-​tfakkira.

“Kont qed niddiskuti maʼ waħda mit-​tfal tal-​klassi tiegħi dak li nixtieq nagħmel meta nispiċċa l-​iskola. Bdejt ngħidilha dwar Betel, il-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Jehovah, u hi saret eċċitata ħafna. Qaltli li kienet għexet ħajjitha kollha fil-​Belt taʼ New York. Il-​familja tagħha ma kinitx xi waħda reliġjuża, imma kull fil-​għodu malli kienet tħares ’il barra mit-​tieqa, kienet tara dik it-​tabella li tgħid ‘Aqra l-​Kelma t’Alla l-​Bibbja Mqaddsa Kuljum.’ Għalhekk kuljum hi kienet taqra l-​Bibbja tagħha qabel ma tmur l-​iskola.

“Meta ma baqgħux joqogħdu iktar f’dik il-​belt, hi qalet li l-​iktar ħaġa li timmissja mill-​Belt taʼ New York hi li meta tqum, ma tarax iktar dik it-​tfakkira biex taqra l-​Bibbja tagħha. Imma minħabba dik it-​tabella fuq il-​bini tal-​Watchtower, il-​qari tal-​Bibbja kien sar drawwa, u għalhekk hi għadha taqra l-​Bibbja kuljum!”

M’hemm l-​ebda mod aħjar kif tistaʼ tibda l-​ġurnata milli taqra porzjon mill-​Kelma t’Alla! Billi tagħmel hekk, int bla dubju se tapprezza l-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu: “[I]l-Kotba Mqaddsa . . . jistgħu jagħtuk l-​għerf li jwassal għas-​salvazzjoni permezz tal-​fidi fi Kristu Ġesù.”—2 Timotju 3:​15-17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja