LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 1/15 p. 3
  • Int Tistaʼ Tkun Taf il-Futur!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Tistaʼ Tkun Taf il-Futur!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Materjal Simili
  • Il-Kelma Profetika t’Alla Tagħti Tama għall-Futur
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Fi Tfittxija Għal Tbassir taʼ Min Jorbot Fuqu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Jistaʼ xi ħadd jara x’hemm fil-futur?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 1/15 p. 3

Int Tistaʼ Tkun Taf il-​Futur!

Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jaħsbu serjament dwar il-​futur. Huma jħobbu jippjanaw, jinvestu bil-​għaqal, u jħossuhom fiż-​żgur. Imma hemm xi mod kif tistaʼ tkun ċert dwar x’se jiġri għada?

BIEX jipprovaw jitkixxfu dwar x’se jiġri fil-​futur, il-​bnedmin esperimentaw b’kull xorta t’affarijiet. Xjenzati soċjali msejħin futurologi janalizzaw tendenzi kurrenti u jużawhom bħala bażi għat-​tbassir tagħhom. L-​ekonomisti jagħmlu l-​istess fil-​qasam tagħhom. L-​astrologi u l-​bassara jirrikorru għall-​oroskopji, l-​isferi tal-​kristall, u l-​okkult, u għandhom ħafna segwaċi. Per eżempju, l-​astrologu Franċiż Nostradamus baqaʼ popolari sal-​lum, għalkemm ilu mejjet sekli sħaħ.

Il-fatti juru li dawn kollha li jgħidu li huma profeti assolutament ma tistax toqgħod fuqhom u jiddiżappuntawk. Għala? Għaliex huma jinjoraw lil Alla Jehovah u l-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Għal din ir-​raġuni, huma m’humiex kapaċi jwieġbu mistoqsijiet bażiċi bħal dawn: ‘Għala nistaʼ nkun ċert li l-​affarijiet imbassrin fil-​Bibbja se jseħħu? Dawn kif jaqblu maʼ l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin? Jien u l-​familja tiegħi kif nistgħu nibbenefikaw minn dawn il-​profeziji?’ Il-​Bibbja għandha t-​tweġiba għal dawn il-​mistoqsijiet.

Il-profeziji tal-​Bibbja huma superjuri wkoll f’ħafna modi oħrajn. Kuntrarju għat-​taħbir astroloġiku, dawn jagħtu lil dak li jkun ir-​rieda ħielsa. Għaldaqstant, ħadd m’hu vittma tad-​destin. (Dewteronomju 30:19) Kitbiet bħal dawk taʼ Nostradamus huma fiergħa moralment, u jgħattu din il-​frugħa bil-​misteri u billi jippreżentaw l-​affarijiet b’mod li jqanqal sensazzjoni. Imma l-​profeziji tal-​Bibbja għandhom bażi morali soda. Dawn jispjegaw għala Alla se jwettaq l-​iskop tiegħu. (2 Kronaki 36:15) U l-​profeziji taʼ Jehovah qatt ma jfallu, għax “Alla . . . ma jistax jigdeb.” (Titus 1:​2, Karm Żammit) B’hekk, dawk l-​individwi li huma gwidati mill-​Kelma t’Alla jgħixu ħajjiet imdawlin, taʼ skop, u ferħanin mingħajr ma joqogħdu jaħlu l-​ħin prezzjuż u r-​riżorsi siewja tagħhom fil-​ġiri wara interessi fiergħa.—Salm 25:​12, 13.

Dawn u ħafna punti oħrajn ġew diskussi fil-​Konvenzjonijiet Distrettwali 1999/2000 tax-​Xhieda taʼ Jehovah bit-​tema “Il-​Kelma Profetika t’Alla” li nżammu madwar id-​dinja kollha. Taħditiet, intervisti, turijiet, u drama Biblika ġibdu l-​attenzjoni taʼ l-​udjenza lejn il-​wirt spiritwali meraviljuż li jgawdu dawk li jistudjaw u japplikaw il-​kelma profetika t’Alla. L-​artiklu li jmiss se jirrevedi xi ftit punti prinċipali eċċitanti tal-​konvenzjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja