LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 1/1 p. 32
  • Meta ‘r-Riħ Ikun Kontra Tagħna’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta ‘r-Riħ Ikun Kontra Tagħna’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 1/1 p. 32

Meta ‘r-​Riħ Ikun Kontra Tagħna’

Meta jiddeskrivi l-​esperjenza li ġrat vera lid-​dixxipli taʼ Ġesù hekk kif kienu qed jissaraw biex jaqsmu l-​Baħar tal-​Galilija fuq dgħajsa, il-​kittieb taʼ l-​Evanġelju, Mark, jgħid li huma bdew “ibatu biex jaqdfu, għax ir-​riħ kien kontra tagħhom.” Waqt li kien għadu f’xatt il-​baħar, Ġesù ra l-​istat imwiegħer tagħhom u mirakolożament mexa fuq il-​baħar sabiex jilħaqhom. Meta daħal fid-​dgħajsa magħhom, ir-​riħ batta.—Mark 6:​48-51, NW.

L-istess kittieb tal-​Bibbja rrapporta li f’okkażjoni iktar kmieni, kien “qam riefnu kbir.” Fi qbil maʼ dan, Ġesù “ordna lir-​riħ . . . u r-​riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.”—Mark 4:​37-39.

Għalkemm illum m’għandniex il-​privileġġ li naraw ġrajjiet mirakolużi bħal dawn, nistgħu nitgħallmu ħafna minnhom. Bħala bnedmin imperfetti li qed ngħixu fi żminijiet perikolużi, m’aħniex meħlusin mill-​irjieħ t’avversità. (2 Timotju 3:​1-5) Fil-​fatt, xi drabi nistgħu nħossu li n-​niket li nkunu għaddejjin minnu minħabba xi provi persunali jkun laħaq il-​qawwa taʼ riefnu. Imma hemm serħan! Ġesù jestendi l-​istedina: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.”—Mattew 11:28.

Meta jkun jidher li ‘r-​riħ ikun kontra tagħna,’ aħna nistgħu nesperjenzaw “kalma kbira” f’qalbna. Kif? Billi nafdaw fil-​wegħdi li ma jfallux t’Alla Jehovah.—Qabbel Isaija 55:​9-11; Filippin 4:​5-7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja