LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 12/1 p. 32
  • Kif Tilqaʼ l-Isfidi taʼ li Tkun Ġenitur

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tilqaʼ l-Isfidi taʼ li Tkun Ġenitur
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 12/1 p. 32

Kif Tilqaʼ l-​Isfidi taʼ li Tkun Ġenitur

IT-​TROBBIJA tat-​tfal illum, speċjalment taʼ l-​adolexxenti, hija sfida li tbeżżagħhom lill-​ġenituri. The Gazette taʼ Montreal, il-​Kanada, tirrapporta li l-​esperimentar bl-​alkoħol u bid-​drogi sar “xi ħaġa taʼ kuljum għall-​adolexxenti.” Din tenfasizza li l-​ġenituri għandhom “ir-​responsabbiltà li joqogħdu b’għajnejhom miftuħin għal bidliet fl-​imġiba taʼ l-​adolexxenti [tagħhom].”

X’inhuma xi affarijiet li l-​ġenituri għandhom joqogħdu attenti għalihom li jistgħu jindikawlhom jekk jeżistux dawn il-​problemi taʼ l-​adolexxenti? Xi sinjali taʼ twissija kemm fiżiċi, emozzjonali, u soċjali ġew identifikati mill-​Akkademja Amerikana tal-​Psikjatrija tat-​Tfal u taʼ l-​Adolexxenti. Dawn jinkludu għeja fit-​tul, tibdil fil-​personalità u fin-​natural tagħhom, imġiba ġellieda, ukoll iqattgħu wisq ħin imsakkrin fil-​kamra tas-​sodda, u jaħbtu dufrejhom mal-​liġi.

Kif jistgħu l-​ġenituri jipproteġu lil uliedhom minn dan l-​esperimentar taʼ ħsara u mill-​konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minnu? Dr. Jeffrey L. Derevensky, mill-​Università McGill, jemmen li l-​komunikazzjoni aperta u l-​ikkultivar taʼ rispett reċiproku matul is-​snin taʼ l-​iżvilupp tat-​tifel jistgħu jnaqqsu l-​problemi iktar tard. The Gazette iżżid li għalkemm matul l-​adolexxenza tfeġġ dik ix-​xewqa għal iktar indipendenza, l-​adolexxenti jibqaʼ jkollhom bżonn “il-​gwida, l-​appoġġ, l-​organizzar u l-​imħabba provduti mill-​ġenituri tagħhom.” Dawn l-​osservazzjonijiet huma fi qbil maʼ proverbju Bibliku li jgħid: “Ħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba; ma joħroġx minnha lanqas meta jixjieħ.” (Proverbji 22:6) Alla jwissi lill-​ġenituri sabiex ikunu eżemplari, kumpanni, komunikaturi, u għalliema.—Dewteronomju 6:6, 7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja