LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 12/1 p. 25
  • Espansjoni Teokratika fin-Namibja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Espansjoni Teokratika fin-Namibja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Il-Pajjiż Fejn Intbgħatna Bħala Missjunarji Sar Darna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 12/1 p. 25

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Espansjoni Teokratika fin-​Namibja

L-​AĦBAR tajba tas-​Saltna t’Alla laħqet lin-​Namibja għall-​ewwel darba fl-​aħħar tas-​snin għoxrin. Minn dak iż-​żmien ’l hawn, kien hemm mijiet taʼ nies b’qalb onesta li wieġbu għall-​messaġġ taʼ salvazzjoni mingħand Alla. L-​esperjenzi li ġejjin juru kif Jehovah qiegħed jiġbor lil dawn l-​uħud mixtiqin fil-​merħla tiegħu.—Ħaggaj 2:7.

◻ Paulus, bidwi li jkabbar il-​prodotti biex jipprovdi l-​ikel għall-​familja u li joqgħod fil-​grigal tan-​Namibja, ġie kuntattjat għall-​ewwel darba mix-​Xhieda taʼ Jehovah meta kien qed iżur il-​belt kapitali, Windhoek. Paulus malajr sar konvint li kien sab il-​verità. Hu reġaʼ lura d-​dar bil-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Imbagħad, darba, meta kien Rundu, l-​eqreb belt fejn kien hemm Sala tas-​Saltna, Paulus sab lix-​Xhieda u talabhom bil-​ħniena biex imorru jżuruh.

Madankollu, ix-​Xhieda kellhom ħafna bogħod biex imorru jikkonduċu studju tal-​Bibbja kull ġimgħa maʼ Paulus. Imma Paulus ma qatax qalbu, u beda jistudja l-​Bibbja waħdu. Barra minn hekk, beda jippriedka b’mod żeluż lil oħrajn dwar l-​affarijiet li kien qed jitgħallem. Maż-​żmien, ġie fformat grupp taʼ nies li kienu jistudjaw il-​Bibbja flimkien. Meta l-​membri taʼ dan il-​grupp żgħir semgħu fuq ir-​radju li kien se jkun hemm assemblea tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’Rundu, huma ġabru l-​ftit flus li kellhom u għamlu arranġamenti għat-​trasport biex ikunu jistgħu jattendu.

Kemm kienet esperjenza eċċitanti għalihom li jassoċjaw max-​Xhieda taʼ Jehovah għall-​ewwel darba! Malajr saru arranġamenti biex aħwa kwalifikati jżuru lil dan il-​grupp regolarment. Illum hemm sitt pubblikaturi fir-​raħal fejn joqgħod Paulus.

◻ Johanna bdiet tieħu interess għall-​ewwel darba fl-​isem t’Alla meta semgħet lil xi ħadd jitkellem b’mod negattiv dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Hi tiftakar: “L-​ewwel darba li smajt l-​isem Jehovah, dan baqaʼ stampat sewwa f’moħħi, u bdejt inberren min setaʼ kien dan Jehovah. Dik il-​ħabta jien u żewġi konna noqogħdu ħdejn Walvis Bay, mal-​kosta tan-​Namibja. Darba minnhom morna sal-​belt, u jien rajt xi Xhieda jqassmu t-​Torri taʼ l-​Għassa fit-​triq. Ksibt kopja mingħandhom u tlabt studju tal-​Bibbja, għax kelli ħafna mistoqsijiet. Infqajt nibki meta qaluli li ma setgħux jiġu għax kellhom il-​karozza bil-​ħsara. Ftit wara dan, mietli żewġi, u mort noqgħod fil-​belt taʼ Keetmanshoop. Hemmhekk kien intbagħat wieħed pijunier speċjali (evanġelizzatur full-time), u mingħandu ksibt il-​ktieb Il-​Verità li Twassal għal Ħajja Eterna. Sa mill-​bidunett għaraft li din kienet il-​verità.

“Eventwalment, ġejt mistiedna biex nieħu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, imma kont maħkuma mill-​biżaʼ tal-​bniedem. Jien u miexja minn bieb għal bieb, bdejt nitlob lil Jehovah biex immut għax dan kien ikun aħjar għalija milli jkolli nippriedka. L-​ewwel darba li ħadt sehem fl-​għoti taʼ xiehda fit-​toroq, inħbejt ġo sqaq dejjaq, bit-​tama li ħadd ma jarani. Fl-​aħħar, rabbejt kuraġġ biżżejjed biex noffri rivista lil xi ħadd li kien għaddej, u kien biss meta għamilt hekk li rnexxieli ngħid xi ħaġa. Dak in-​nhar, bl-​għajnuna taʼ Jehovah, tkellimt dwar it-​tama tiegħi bbażata fuq il-​Bibbja m’għadd kbir taʼ nies.

“Illum, 12-il sena wara, għalkemm jien fqira materjalment, xorta waħda għadni ngħożż il-​privileġġ tas-​servizz taʼ pijunier u nkompli nikseb ferħ bla qjies meta naqsam il-​verità tas-​Saltna m’oħrajn.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja