“Meta Żort is-Sala tas-Saltna”
Laura,a studenta universitarja, ngħatat l-inkarigu li tattendi għal servizz reliġjuż u tikteb rapport dwar l-esperjenza tagħha. Hi għażlet lix-Xhieda taʼ Jehovah, u semmiet il-komponiment tagħha, “Meta Żort is-Sala tas-Saltna.” Laura x’sabet differenti dwar ix-Xhieda? Fost il-ħafna affarijiet li semmiet kien hemm dawn li ġejjin.
It-Tfal: “It-tfal kollha kienu fl-istess kamra mal-kbar. Fil-knejjes kollha li attendejt, it-tfal ma jibqgħux mal-ġenituri u jkollhom jattendu għad-Duttrina taʼ nhar taʼ Ħadd.”
L-Armonija Razzjali: “Ġeneralment, il-knejjes jiġbdu lejhom membri taʼ ċerta razza jew grupp etniku. . . . Madankollu, ix-Xhieda taʼ Jehovah kienu kollha bil-qegħda ħdejn xulxin u mhux imqassmin fi klikek.”
Spirtu ospitabbli: “Kien hemm ħafna nies li ġew ikellmuni. . . . Xi wħud saħansitra staqsewni jekk kontx qed nistudja l-Bibbja maʼ xi ħadd. Madankollu, ma ħassejtx li kienu qed jissikkawni. Id-deċiżjoni . . . ħallewha f’idejja.”
L-ebda ġbir: “L-iktar ħaġa li impressjonatni kienet il-fatt li ħadd ma ħareġ jiġbor. . . . Fil-knejjes kollha fejn mort kienu jiġbru l-flus saħansitra mill-klassijiet tat-tfal.”
Illum hawn kważi 90,000 kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Jehovah madwar id-dinja. Għax ma żżurx l-eqreb waħda fil-lokalità tiegħek?
[Nota taʼ taħt]
a L-isem mibdul.