LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 7/15 p. 32
  • Gwida fl-Għażla taʼ Sħubija Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Gwida fl-Għażla taʼ Sħubija Tajba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 7/15 p. 32

Gwida fl-​Għażla taʼ Sħubija Tajba

IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ iduru lejn sħabhom minflok ma jduru lejn il-​ġenituri tagħhom biex jiggwidawhom fl-​għażla tagħhom tal-​ħwejjeġ u tal-​mużika, josserva rapport fir-​Reader’s Digest. Għalhekk, huwa vitali li l-​ġenituri jkunu jafu maʼ min qed jagħmluha wliedhom u fejn qed imorru.

“Hija r-​responsabbiltà tiegħek li titkixxef,” tgħid Esmé van Rensburg, il-​lekċerer prinċipali fid-​dipartiment tal-​psikoloġija f’università fl-​Afrika t’Isfel. Hi żżid: “Wisq probabbli, ibnek ma tantx se jieħu gost bik, imma wara ftit jgħaddilu.” Imbagħad tagħti dawn il-​pariri lill-​ġenituri. Ir-​regoli għandhom ikunu loġiċi u bbażati fuq prinċipji definiti; agħti widen għal dak li għandu x’jgħidlek ibnek; tagħmilx plejtu, imma żomm il-​kalma, u aħseb minn qabel dak li trid tgħid. Jekk ibnek diġà żviluppa ħbiberija maʼ xi ħadd li ma tixtiqux jagħmilha miegħu, iffoka fuq l-​imġiba inaċċettabbli li sar għandu mindu għamel ħbieb miegħu minflok ma sempliċement tipprojbixxi li jkompli jagħmilha miegħu.

Pariri siewja għall-​ġenituri ilhom disponibbli għal ħafna żmien fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Per eżempju, din tistqarr: ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem, tqil biex tinkorla.’ (Ġakbu 1:19) L-​Iskrittura tagħti wkoll dan il-​parir mill-​aħjar dwar l-​għażla taʼ dawk li nagħmluha magħhom: “Min jagħmilha maʼ l-​għaref, isir għaref, min imur mal-​boloh, jaqaʼ fl-​hemm.” (Proverbji 13:20) Dawn l-​eżempji juru l-​għerf li huwa disponibbli għal dawk li jaqraw il-​Bibbja b’apprezzament u japplikaw dak li tgħid fil-​ħajja tagħhom taʼ kuljum.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja