LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 7/1 pp. 28-29
  • L-Isem Divin Jitlissen f’Iżrael

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Isem Divin Jitlissen f’Iżrael
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Huwa Ħażin li Tippronunzja l-​Isem t’Alla?
    Stenbaħ!—1999
  • Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu
    Stenbaħ!—2004
  • L-​Isem Divin​—L-​Użu u t-​Tifsira Tiegħu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 7/1 pp. 28-29

L-​Isem Divin Jitlissen f’Iżrael

GĦAL sekli sħaħ, il-​Ġudaiżmu tradizzjonali pprojbixxa strettament lill-​prattikanti tiegħu milli jippronunzjaw l-​isem divin, Jehovah. Skond il-​Mixna, kulmin ilissen isem Alla ma se jkollu “ebda sehem fid-​dinja li ġejja.”​—Sanhedrin 10:1.a

Nhar it-​30 taʼ Jannar, 1995, il-​kap Sefardiku preċedenti tar-​rabbini taʼ Iżrael ippronunzja l-​isem divin deliberatament. Hu għamel dan waqt li beda jgħid tikkun, talba Kabalista taʼ korrezzjoni. Din it-​talba titlissen sabiex Alla jkun jistaʼ jirrestawra ammont t’armonija fl-​univers, li, skond l-​adoraturi, ġiet imfixkla minn forzi mill-​agħar. Il-​gazzetta Yedioth Aharonoth, tas-​6 taʼ Frar, 1995, iddikjarat: “Din hija liturġija taʼ qawwa tant inkredibbli li l-​kliem tagħha jidher biss fi ktejjeb speċjali li ma jinbiegħx lill-​pubbliku.” Huwa maħsub li billi jissejjaħ isem Alla f’dan il-​kuntest tkun qed tingħata forza speċjali lil din ir-​rikjesta.

Taʼ min jinnota li l-​Bibbja tikkmanda lill-​qaddejja t’Alla biex jużaw l-​isem divin, Jehovah. (Eżodu 3:15; Proverbji 18:10; Isaija 12:4; Sofonija 3:9) Fit-​test Ebrajk oriġinali tal-​Bibbja, dan l-​isem jidher kważi 7,000 darba. Madankollu, il-​Bibbja twissi kontra l-​użu ħażin taʼ isem Alla. It-​tielet mill-​Għaxar Kmandamenti jiddikjara: “La ssemmix l-​isem tal-​Mulej, Alla tiegħek, fix-​xejn: għaliex lil min isemmi l-​isem tiegħu fix-​xejn, il-​Mulej ma jħallihx bla kastig.” (Eżodu 20:7) Kif jistaʼ isem Alla jissemma fix-​xejn? Kummentarju minn The Jewish Publication Society jinnota li t-​terminu Ebrajk tradott “fix-​xejn” jistaʼ jinkludi mhux biss “użu taċ-​ċajt” taʼ l-​isem divin imma wkoll “ir-​ripetizzjoni taʼ barka mhix neċessarja.”

Mela, kif għandna nqisuha t-​talba Kabalista taʼ korrezzjoni, it-​tikkun? X’inhu l-​oriġini tagħha? Fis-​sekli 12 u 13 E.K., għamla mistika tal-​Ġudaiżmu, imsejħa Kabala, bdiet tikseb il-​popolarità. Fis-​seklu 16, Isaac Luria, wieħed rabbi, introduċa t-​“tikkunim” fil-​liturġija Kabalista. L-​isem t’Alla ntuża bħala seħer mistiku b’poteri speċjali, u sar parti mir-​ritwal Kabalista. Taħseb li dan huwa użu xieraq taʼ l-​isem t’Alla?​—Dewteronomju 18:10-12.

Hi x’inhi t-​tweġiba tiegħek għal din il-​mistoqsija, int se taqbel li t-​tlissin pubbliku taʼ l-​isem t’Alla f’Iżrael taʼ żmien modern kien avveniment mhux tas-​soltu ferm. Madankollu, Alla nnifsu bassar: “F’dak il-​jum għad tgħidu: ‘Roddu ħajr lill-​Mulej, sejjħu ismu, għarrfu lill-​ġnus bl-​għemejjel tiegħu, xandru li ismu huwa fl-​għoli.’”—Isaija 12:4, 5.

B’ferħ, f’Iżrael, bħal f’iktar minn 230 pajjiż mad-​dinja kollha, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jagħmlu kull sforz biex jgħinu lill-​proxxmu tagħhom jikseb għarfien eżatt dwar Jehovah. It-​tama tagħhom hi li iktar uħud għad isiru japprezzaw it-​tifsir taʼ skritturi bħal Salm 91:14: “La tħabbeb miegħi, jien [Jehovah] neħilsu; la għaraf ismi, jiena nħarsu.”

[Nota taʼ taħt]

a Il-Mixna huwa ġabra taʼ kummentarji li jissupplimentaw il-​liġi Skritturali, ibbażat fuq l-​ispjegazzjonijiet minn rabbini msejħin it-​Tannajm (għalliema). Tniżżel bil-​miktub fl-​aħħar tat-​tieni u fil-​bidu tat-​tielet seklu E.K.

[Stampa f’paġna 28]

Hawnhekk fin-​Negeb, l-​isem taʼ Jehovah u l-​Kelma tiegħu jintgħamlu magħrufin mill-​poplu tiegħu

[Stampa f’paġna 29]

Tabella li turi l-​isem divin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja