LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 4/15 p. 30
  • Tiftakar Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tiftakar Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Għandek Int Spirtu Immortali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Dan Hu Jum is-Salvazzjoni!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ġesù Jsalvana—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Żomm mal-Mudell li Ħalla Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 4/15 p. 30

Tiftakar Int?

Apprezzajt int il-​qari tal-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

◻ L-​espressjoni taʼ Pawlu “ambaxxaturi taʼ Kristu” għala hi daqshekk addattata għal Kristjani midlukin? (2 Korintin 5:20)

Fl-​antik, l-​ambaxxaturi kienu jintbagħtu prinċipalment matul perijodi taʼ ostilità biex jaraw jekk setgħux jiġu skansati l-​gwerer. (Luqa 14:31, 32) Ladarba d-​dinja taʼ bnedmin midinba hija mbegħda minn Alla, hu qed jibgħat lill-​ambaxxaturi midlukin tiegħu biex jinformaw lin-​nies dwar it-​termini tiegħu għar-​rikonċiljazzjoni, billi jħeġġuhom ifittxu l-​paċi m’Alla.​—12/15, paġna 18.

◻ X’inhuma erbaʼ affarijiet li saħħew il-​fidi t’Abraham?

L-​ewwel, hu wera l-​fidi tiegħu f’Jehovah billi ta kas meta Alla tkellem (Lhud 11:8); it-​tieni, il-​fidi tiegħu kellha x’taqsam sew mat-​tama li kellu (Rumani 4:18); it-​tielet, Abraham spiss kien jitkellem maʼ Jehovah; u r-​rabaʼ, Jehovah ta appoġġ lil Abraham meta dan segwa l-​gwida divina. L-​istess affarijiet jistgħu jsaħħu l-​fidi tagħna llum.​—1/1, paġni 17, 18.

◻ Xi tfisser l-​espressjoni “La ddaħħalniex fit-​tiġrib”? (Mattew 6:13)

Inkunu qed nitolbu lil Alla biex ma jħalliniex naqgħu meta nkunu ttantati biex ma nobduhx. Jehovah jistaʼ jiggwidana sabiex ma nċedux u ma nintrebħux minn Satana, il-​“wieħed mill-​agħar.” (1 Korintin 10:13)​—1/15, paġna 14.

◻ Wieħed x’irid jagħmel biex jirċievi l-​maħfra t’Alla għall-​għemil ħażin?

Il-​qrara tagħna m’Alla trid tkun akkumpanjata minn sogħba u minn “frott li jixraq lill-​indiema.” (Luqa 3:8) Spirtu niedem u xewqa li nsewwu l-​ħażin se jqanqluna wkoll biex infittxu l-​għajnuna spiritwali t’anzjani Kristjani. (Ġakbu 5:13-15)​—1/15, paġna 19.

◻ Għala għandna nħabirku biex inkunu umlin?

Bniedem umli għandu paċenzja u sabar fit-​tul, u ma jaħsibx li hu xi ħaġa. L-​umiltà tattira ħbieb veri li jħobbuk. Iktar minn hekk, iġġib il-​barka taʼ Jehovah. (Proverbji 22:4)​—2/1, paġna 7.

◻ X’differenza kruċjali hemm bejn il-​mewt taʼ Ġesù u dik taʼ Adam?

Il-​mewt taʼ Adam kienet mistħoqqa, għax hu m’obdiex apposta lill-​Ħallieq tiegħu. (Ġenesi 2:16, 17) B’kuntrast, il-​mewt taʼ Ġesù kienet totalment mhix mistħoqqa, għax “ma kien għamel ebda dnub.” (1 Pietru 2:22) Għalhekk, meta miet Ġesù, kellu xi ħaġa taʼ valur enormi li l-​midneb Adam ma kellux f’mewtu​—id-​dritt għal ħajja umana perfetta. B’hekk, f’li tifdi lill-​umanità, il-​mewt taʼ Ġesù kellha valur sagrifikali.​—2/15 paġni 15, 16.

◻ Fil-​viżjoni profetika t’Eżekjel, il-​belt taʼ liema ħaġa tat stampa?

Ladarba l-​belt tinsab f’nofs art profana (mhux qaddisa), trid tkun xi ħaġa taʼ l-​art. Għalhekk, tidher li tagħti stampa taʼ l-​amministrazzjoni fuq l-​art li tibbenefika lil dawk kollha li se jifformaw is-​soċjetà taʼ tjieba fuq l-​art.​—3/1, paġna 18.

◻ Ġesù għala ħasel saqajn id-​dixxipli tiegħu meta kienu qed jiċċelebraw il-​Qbiż fit-​33 E.K.?

Ġesù ma kienx qed jistitwixxi xi ritwal taʼ ħasil tas-​saqajn. Minflok, kien qed jgħin lill-​appostli tiegħu jadottaw attitudni ġdida​—waħda taʼ umiltà u rieda li jagħmlu l-​iktar affarijiet baxxi f’isem ħuthom.​—3/1 paġna 30.

◻ Meta nkunu qed ngħallmu lil ħaddieħor, x’inhu iktar importanti mill-​abbiltajiet naturali?

Il-​kwalitajiet li għandna u d-​drawwiet spiritwali li kkultivajna li l-​istudenti jistgħu jimitaw. (Luqa 6:40; 2 Pietru 3:11, NW)​—3/15, paġni 11, 12.

◻ Il-​kelliema pubbliċi kif jistgħu jtejbu l-​qari tagħhom taʼ l-​Iskrittura?

Billi jipprattikaw. Iva, billi jaqraw b’leħen għoli għal darba wara l-​oħra sakemm ikunu jistgħu jaqraw b’mod fluwenti. Jekk fil-​lingwa tiegħek hemm il-​Bibbja fuq awdjokasetts, ikun għaqli li tismaʼ l-​modulazzjoni u l-​enfasi fuq il-​kliem tal-​qarrej u innota l-​pronunzja taʼ l-​ismijiet u l-​kliem tqil.​—3/15, paġna 20.

◻ ‘L-​ispirtu’ kif ‘imur lura lejn Alla’ mal-​mewt taʼ persuna? (Koħèlet 12:7, NW)

Ladarba l-​ispirtu huwa l-​forza tal-​ħajja, dan ‘imur lejn Alla’ fis-​sens li kwalunkwe tama taʼ ħajja futura għal dik il-​persuna issa tiddependi totalment minn Alla. Alla biss jistaʼ jirrestawra l-​ispirtu, jew forza tal-​ħajja, billi jġiegħel lil persuna terġaʼ tieħu l-​ħajja. (Salm 104:30)​—4/1, paġna 17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja