Jum Taʼ Min Jiftakru
Fil-lejla qabel ma miet, Ġesù għadda ħobża bla ħmira u kies bl-inbid lill-appostli tiegħu u istruwiehom biex jieklu u jixorbu. Qalilhom ukoll: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”—Luqa 22:19.
Din is-sena l-anniversarju taʼ dan l-avveniment se jaħbat il-Ħamis, l-1 t’April, wara nżul ix-xemx. Ix-Xhieda taʼ Jehovah madwar id-dinja se jkunu miġburin f’dan il-lejl speċjali biex josservaw dan il-Mafkar bil-manjiera kif kien ikkmanda Ġesù. Int mistieden bl-iktar mod kordjali biex tingħaqad magħna. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Jehovah lokalment għall-ħin preċiż u l-post taʼ din il-laqgħa speċjali.