LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 2/1 p. 24
  • Gżira Mwarrba u Żgħira

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Gżira Mwarrba u Żgħira
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 2/1 p. 24

Gżira Mwarrba u Żgħira

L-​AĠĠETTIVI li jintużaw l-​iktar biex jiddeskrivu l-​gżira taʼ Santa Elena huma “mwarrba” u “żgħira.” Tassew jixirqulha, għax din il-​gżira, twila sbatax-il kilometru u wiesgħa għaxar kilometri, tinsab 1,950 kilometru ’l bogħod mill-​eqreb art, il-​kosta fil-​Lbiċ taʼ l-​Afrika. Kien hawnhekk li Napuljun Bonaparti ġie tturufnat fl-​1815 biex iqattaʼ l-​aħħar snin taʼ ħajtu bħala eżiljat megħlub.

Mill-oċean il-​gżira tidher qisha fortizza impressjonanti. Attwalment hija vulkan mejjet li tielgħa dritt dritt mill-​Atlantiku b’irdumijiet tal-​biżaʼ għoljin bejn 500 u 700 metru. Fiċ-​ċentru tagħha, il-​Muntanja Actaeon, f’għoli taʼ 818-il metru, tiddomina l-​gżira kollha kemm hi. Minħabba r-​riħ frisk li dejjem jonfoħ bla heda min-​naħa t’isfel taʼ l-​Atlantiku lejn l-​ekwatur u minħabba l-​kurrent taʼ l-​oċean, il-​klima fuq il-​gżira hija l-​biċċa l-​kbira moderata u pjaċevoli. Imma mill-​kosta maʼ wiċċ il-​baħar sa l-​interjuri muntanjuż tal-​gżira, teżisti varjetà kbira fil-​kundizzjonijiet tat-​temp u l-​ħdura.

Santa Elena ilha taħt l-​Ingliżi minn tmiem is-​seklu 17. Il-​popolazzjoni żgħira taʼ xi 5,000 ruħ hija taħlita taʼ nies b’oriġini Ewropej, Asjatiċi u Afrikani. L-​Ingliż huwa l-​lingwa wżata fuq il-​gżira, imma jitkellmuh b’aċċent distint. Ma nsibu l-​ebda ajruport hawnhekk; l-​uniku kuntatt mal-​bqija tad-​dinja huwa bil-​baħar, permezz taʼ traġitti regulari lejn l-​Afrika t’Isfel u l-​Ingilterra. Fil-​fatt, ix-​xandir bit-​televiżjoni sar disponibbli biss f’nofs is-​snin disgħin, bis-​saħħa taʼ kuntatt bis-​satellita.

L-aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla laħqet dawn l-​ixtut għall-​ewwel darba fil-​bidu tas-​snin tletin. (Mattew 24:14) Matul is-​snin, ħafna residenti tal-​gżira kisbu dan it-​teżor li jagħmel lir-​rikkezzi materjali bla siwi taʼ xejn. (Mattew 6:19, 20) Illum, Santa Elena hija unika fis-​sens li għandha medja taʼ Xhud wieħed għal kull 31 ruħ mill-​popolazzjoni, l-​aqwa waħda fid-​dinja!

[Mapep f’paġna 24]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

Santa Elena

JAMESTOWN

Levelwood

L-​AFRIKA

L-​OĊEAN ATLANTIKU

Santa Elena

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja