LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 12/15 p. 32
  • Se Tagħti Kas tat-Twissija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Tagħti Kas tat-Twissija?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 12/15 p. 32

Se Tagħti Kas tat-​Twissija?

FID-​19 taʼ Mejju, 1997, ċiklun kines id-​distrett taʼ Chittagong, il-​Bangladexx. Fil-​belt taʼ Cox Bazaar għamlu rjiħat li laħqu l-​250 kilometru fis-​siegħa. Fl-​irħula, l-​għerejjex b’soqfa tat-​tiben sparixxew għalkollox, waqt li warajhom ħallew forom fit-​tajn taʼ fejn kienu darba. Siġar u arbli tat-​telegrafu tqaċċtu; oħrajn inqasmu min-​nofs bħal zkuk tas-​sulfarini. Titlu fil-​gazzetta Bhorar Kagoj irrapporta li 105 persuni nqatlu miċ-​ċiklun.

Ir-rapport tat-​temp ħabbar id-​direzzjoni ġenerali tal-​maltempata madwar 36 siegħa bil-​quddiem. Mingħajr ebda dubju, ħafna ħajjiet ġew salvati hekk kif mijiet t’eluf taʼ nies marru jistkennu f’xeltrijiet tal-​konkos mibnijin apposta kontra ċ-​ċiklun.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah ilhom iktar minn mitt sena issa jxandru aħbarijiet dwar diżastru ferm fil-​qrib li se jkun bil-​wisq iktar distruttiv minn kwalunkwe ċiklun. Il-​Bibbja ssejjaħlu “Jum il-​Mulej, kbir u tal-​biżaʼ!” (Ġoel 3:4 [Ġoel 2:31, NW]) Billi nagħtu kas tal-​messaġġi profetiċi taʼ twissija misjubin fil-​Bibbja, aħna nistgħu naħarbu minn din il-​korla.—Sofonija 2:2, 3.

Le, ix-​Xhieda taʼ Jehovah m’humiex profeti taʼ kundanna. Il-​messaġġ tagħhom hu wieħed taʼ tama. Huma jixtiequ jgħinu lin-​nies jitgħallmu dwar is-​Saltna t’Alla, li dalwaqt se teħles lill-​art mill-​ħażen kollu. Il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, tgħidilna: “Ftit ieħor, u l-​ħażin ma jkunx aktar; għad tħares fejn kien u ma ssibux. Imma l-​ġwejdin għad jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu.”—Salm 37:10, 11.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 32]

WHO/League of Red Cross

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja