“Aħna l-Kattoliċi Għandna Ħafna x’Nitgħallmu Minnhom”
DIN ir-rimarka dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah saret minn għalliema f’Bari, l-Italja, waqt il-lezzjoni tagħha dwar l-istorja tar-reliġjon fi skola sekondarja. L-għalliema kienet qalet lill-klassi li hi kienet se tuża xi videocassettes bħala għajnuna biex tgħallem. Malli semaʼ dan, wieħed mill-istudenti, Roberto, li għandu 18-il sena, issuġġerixxa li tinkludi lir-reliġjon tiegħu fid-diskussjoni. Hu offrielha l-vidjo Jehovah’s Witnesses—The Organization Behind the Name. Hi aċċettat l-offerta taʼ Roberto, u l-klassi kollha taʼ madwar 30 student raw il-vidjo. “Kollha ġew impressjonati mill-unità, l-organizzazzjoni, u l-imħabba profonda li tisboq fost ix-Xhieda taʼ Jehovah,” jgħid Roberto. “Stagħġbu saħansitra iktar meta saru jafu li 40 miljun kopja taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u 36 miljun kopja taʼ Stenbaħ! jiġu stampati kull xahar.”
“Ma kontx naħseb li intom organizzati daqshekk,” ikkummentaw lil Roberto ħafna minn sħabu tal-klassi wara li raw il-vidjo. Rigward ix-Xhieda taʼ Jehovah, l-għalliema qalet lill-klassi: “Osservaw kif il-fidi tagħhom tqanqalhom biex ikunu daqshekk uniti u organizzati. Aħna l-Kattoliċi għandna ħafna x’nitgħallmu minnhom.” Il-vidjo u d-diskussjoni fil-klassi li kien hemm wara għenu ħafna biex jippromwovu fehma aħjar dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah.