Nitgħallmu mill-Iżbalji tal-Passat
IL-LIĠIJIET morali tal-ħallieq tagħna huma eterni u ma jistgħux jinbidlu. Għal din ir-raġuni l-prinċipju li jinstab f’Galatin 6:7 għadu japplika llum: “Dak li bniedem jiżra[’], dak huwa jaħsad.” Veru, individwu jistaʼ jiċħad li hu għandu jagħti kont lil Alla, imma r-regola divina tibqaʼ kostanti. Fl-aħħar mill-aħħar, l-ebda bniedem ma huwa ħieles mill-konsegwenzi taʼ l-azzjonijiet tiegħu.
Xi ngħidu għal xi ħadd li jgħix ħajja xxellerata, imbagħad jinbidel u jsir qaddej t’Alla? Hu xorta jistaʼ jkollu jiffaċċja l-konsegwenzi taʼ l-istil taʼ ħajja taʼ qabel. Dan ma jfissirx, madankollu, li Alla ma ħafirlux. Ir-relazzjoni adulteruża tas-sultan David maʼ Batseba ġabet inkwiet kbir fil-ħajja tiegħu. Dan ma setax jaħarbu. Imma hu kien nidem, u kien irċieva l-maħfra t’Alla.—2 Samwel 12:13-19; 13:1-31.
Qatt ħassejtek qalbek maqtugħa meta tesperjenza l-konsegwenzi taʼ xi żbalji li tkun għamilt? Jekk inħarsu minn punto di vista pożittiv, li nħossuna ddispjaċuti jistaʼ jservina bħala tfakkira biex ‘inqisu li ma ndurux lejn il-ħażen.’ (Ġob 36:21) Iva, li nħossuna ddispjaċuti jistaʼ jgħinna nevitaw li nirrepetu xi dnub. Iżjed aħjar minn hekk, David uża l-esperjenza li kiseb mid-dnub li kien ikkommetta biex mhux biss jibbenefika hu imma biex jibbenefika ħaddieħor ukoll. Hu qal: “Lill-midinbin ngħallem triqatek, u l-ħatjin lejk jerġgħu lura.”—Salm 51:15 [Salm 51:13, New World Translation].
[Stampi f’paġna 7]
David ħa tagħlima mid-dnub maʼ Batseba