LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 6/1 p. 32
  • ‘Alla Sur Tal-kenn Tiegħi’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Alla Sur Tal-kenn Tiegħi’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 6/1 p. 32

‘Alla Sur Tal-​kenn Tiegħi’

F’DAN iż-​“żmien iebes,” it-​tentazzjonijiet u l-​pressjonijiet dejjem qegħdin jiżdiedu. L-​onestà tagħna, per eżempju, għandha mnejn tiġi ttestjata fuq il-​post tax-​xogħol. Il-​kastità tagħna għandha mnejn tiġi ttestjata fost sħabna taʼ l-​iskola. U l-​integrità tagħna spiss tiġi ttestjata minn dinja korrotta moralment.—2 Timotju 3:1-5.

Asaf, kittieb tal-​Bibbja, ukoll għex fi żmien meta l-​ħażen kien fl-​aqwa tiegħu. Xi wħud min-​nies taʼ żmienu saħansitra ftaħru dwar il-​kondotta ħażina tagħhom. “Bħal ħannieqa ġawhar iżżejjinhom kburithom,” kiteb Asaf. “Tgħattihom bħal libsa id-​dnewwa tagħhom. Jiddieħku u bil-​qerq jitkellmu; kollhom imkabbra jheddu bil-​moħqrija.” (Salm 73:6, 8) Tinstemaʼ familjari din l-​attitudni?

Għal dawk li jixtiequ jagħmlu dak li huwa sewwa, kondotta bħal din hija taʼ niket kbir, saħansitra skuraġġanti. “Kuljum ġejt imsawwat,” ilmenta Asaf. “Sibtha wisq bi tqila.” (Salm 73:14, 16) Int tistaʼ tħoss l-​istess ħaġa, imma tiddisprax! Asaf kellu l-​ħila jkampa mal-​ħażen taʼ żmienu, u int tistaʼ tagħmel l-​istess. Imma kif?

Asaf irrealizza li l-​ġustizzja vera kważi impossibbli li ssibha taħt il-​ħakma imperfetta tal-​bniedem. (Salm 146:3, 4; Proverbji 17:23) Mela minflok ma ħela l-​ħin prezzjuż, l-​enerġija, u r-​riżorsi tiegħu billi jipprova jeħles mill-​ħażen kollha taʼ madwaru, hu ffoka fuq ir-​relazzjoni tiegħu m’Alla. Asaf iddikjara: “Iżda jiena l-​hena tiegħi li nkun qrib Alla; F’Sidi l-​Mulej qegħedt il-​kenn tiegħi.”—Salm 73:28.

Illum, dawk li jieħdu sehem fi prattiċi korrotti taʼ negozju spiss igawdu vantaġġi materjali. Ħafna għandhom mnejn saħansitra jiftaħru dwar kemm ma jikkalkulawhomx il-​livelli morali t’Alla. Imma m’humiex se jirnexxilhom jibqgħu jagħmlu hekk għal dejjem. “Tassew li int fuq art tiżloq tqegħedhom,” osserva Asaf. “Fit-​tiġrib twaqqagħhom.”—Salm 73:18.

Iva, fil-​waqt determinat minn Alla, il-​qerq, il-​vjolenza, u l-​korruzzjoni, kif ukoll il-​prattiċi ħżiena l-​oħrajn kollha li l-​veri Kristjani jridu jevitaw, se jitneħħew. Il-​Bibbja twiegħed: “Il-​ħżiena jitqaċċtu ’l barra; min jittama fil-​Mulej jikseb l-​art.” (Salm 37:9) Sadattant, jalla aħna nidwu l-​kliem tas-​salmista li qal: “Il-​Mulej blata tiegħi, fortizza u ħellies tiegħi, Alla tiegħi, sur tal-​kenn tiegħi u tarka tiegħi, qawwa tas-​salvazzjoni tiegħi u kenn tiegħi.”—Salm 18:3 [Salm 18:2, NW].

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja