LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 9/1 p. 21
  • “Opponu lix-Xitan, u Hu Se Jaħrab Minnkom.”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Opponu lix-Xitan, u Hu Se Jaħrab Minnkom.”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Alla Tassew Jismaʼ t-Talb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Nitlaq l-affarijiet warajja biex immur wara s-Sid
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 9/1 p. 21

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

“Opponu lix-Xitan, u Hu Se Jaħrab Minnkom.”

FL-​EWWEL seklu, grupp taʼ nies devoti taʼ “l-​arti maġika” f’Efesu rrispondew għall-​messaġġ Kristjan billi pubblikament ħarqu l-​kotba tagħhom tal-​maġija. (Atti 19:19) L-​istima kkalkulata taʼ dawn il-​kotba kienet taʼ 50,000 biċċa tal-​fidda. Jekk ir-​rakkont tal-​Bibbja jirreferi għad-​dinier, munita tal-​fidda Rumana, din kienet tammonta għal mill-​inqas $37,000!

Illum hemm ħafna li f’xi żmien kellhom letteratura li tittratta dwar l-​okkult imma li wrew determinazzjoni simili għal dik taʼ l-​Efesin tal-​qedem. Ikkunsidra din l-​esperjenza li ġejja mill-​Kanada.

Madwar ħames snin ilu, waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah kienet qiegħda tippriedka minn dar għal dar meta f’bieb minnhom mara jisimha Nora litteralment ġibditha ’l ġewwa fid-​dar. Matul ħafna snin twal taʼ tfittxija spiritwali, Nora kienet ġemmgħat kollezzjoni taʼ mijiet taʼ kotba reliġjużi u spiritistiċi, imma riedet tkun taf il-​Bibbja x’kellha xi tgħid dwar it-​tama għall-​mejtin. Ix-​Xhud offritilha l-​fuljett X’Tama Hemm Għall-​Maħbubin Mejtin? Il-​mistoqsijiet taʼ Nora ġew imweġbin, u hi aċċettat abbonamenti għar-​rivisti Watchtower u Awake!

Iktar tard hi ġarret u tilfet il-​kuntatt max-​Xhieda taʼ Jehovah. Madankollu, kompliet tirċievi r-​rivisti fil-​posta fl-​indirizz il-​ġdid tagħha. Hi wkoll ordnat xi ftit mill-​pubblikazzjonijiet ibbażati minn fuq il-​Bibbja msemmijin fir-​rivisti. Wara xi żmien, waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah ġiet għandha. Impressjonata li x-​Xhud marret dirett fuq il-​Bibbja meta kienet qed twieġeb il-​mistoqsijiet, Nora laqgħetha u stednitha terġaʼ tmur għal iktar diskussjonijiet.

Ix-Xhud, madankollu, sabitha bi tqila biex terġaʼ tikkuntattja lil Nora. Żjarat ripetuti ġew magħmulin f’ħinijiet differenti tal-​ġurnata u fi ġranet differenti matul il-​ġimgħa mingħajr suċċess. Maż-​żmien, iżda, il-​persistenza tagħha ġiet ippremjata, u ħasdet riżultati tajbin. Inbeda studju tal-​Bibbja regolari, li għall-​insistenza taʼ Nora spiss kien isir tliet darbiet fil-​ġimgħa. L-​affarijiet li kienet qed titgħallem immotivawha sabiex titkellem maʼ ħbiebha u mal-​membri tal-​familja, bir-​riżultat li tlieta minnhom talbu studji tal-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah.

Matul l-​istudju tagħha Nora rrealizzat li hemm ħafna reliġjonijiet foloz u profeti foloz imma triq waħda biss li twassal għall-​ħajja. Għal ħafna snin hi kienet qiegħda tfittex tweġibiet għall-​mistoqsijiet tagħha f’reliġjonijiet foloz, imma wara li tgħallmet x’għandha xi tgħid il-​Bibbja dwar id-​demonji, aġixxiet bħall-​Efesin tal-​qedem imsemmijin f’​Atti 19:19. Naddfet il-​librerija tagħha u, matul il-​korsa taʼ bosta jiem, qerdet iktar minn elf ktieb li jittratta dwar l-​okkult u t-​tagħlim reliġjuż falz. Fost il-​pubblikazzjonijiet meqrudin, sett wieħed taʼ erbaʼ kotba kien jiswa iktar minn $800!

B’mod evidenti ddiżgustati bl-​azzjonijiet taʼ Nora, id-​demonji ħabbtuha għal xi ġimgħatejn. Madankollu, dawn l-​ispirti mill-​agħar ma kinux kapaċi jbiddlulha fehemtha milli tkompli l-​istudju tal-​Bibbja tagħha u mis-​sħubija tagħha maʼ l-​organizzazzjoni tal-​lum taʼ Jehovah.

Esperjenzi bħal dawn jagħtu stampa ċara tal-​verità tal-​kliem tal-​Bibbja: “Issottomettu rwieħkom, għalhekk, lejn Alla; imma opponu lix-​Xitan, u hu se jaħrab minnkom.”—Ġakbu 4:7. (w94 9/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja