LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 7/1 pp. 3-4
  • Il-Maħbubin Mejtin Tiegħek—Fejn Huma?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Maħbubin Mejtin Tiegħek—Fejn Huma?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • X’Jiġrilhom il-Maħbubin Mejtin Tagħna?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • It-Tama taʼ l-Irxoxt Hi Ċerta!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Neżerċitaw Fidi għall-Ħajja taʼ Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Ħajja Wara l-Mewt—Kif, Fejn, Meta?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 7/1 pp. 3-4

Il-Maħbubin Mejtin Tiegħek—Fejn Huma?

ALEC kien mifxul. F’temp taʼ ġimgħa, tilef tnejn minn sħabu. Wieħed minnhom, Nevil, miet b’tir taʼ arma tan-​nar. L-​ieħor, Tony, ġie maqtul f’inċident tat-​traffiku. Mistoqsijiet li ma kinux inkwetawh qabel issa dejqu lit-​tfajjel taʼ 14-il sena mill-​Afrika t’Isfel. ‘Għala n-​nies għandhom imutu? U x’jiġri wara l-​mewt?’ hu tħasseb.

Fi triqtu lejn il-​funeral taʼ Nevil, Alec sinċerament ittama li jikseb tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet. “Imma,” hu jiftakar, “il-​qassis sempliċement qara minn ktieb u qal li Nevil kien mar fis-​sema. Imbagħad, ħdejn il-​qabar, hu qal li aħna nistennew l-​irxoxt. Jien kont konfuż. Jekk Nevil kien fis-​sema, kif jistaʼ jkun li qiegħed jistenna rxoxt?”

Iktar tard dak il-​jum, Alec attenda għall-​funeral taʼ Tony. Is-​servizz ritwalistiku ġie magħmul b’lingwa li ma setax jifhem. Madankollu, l-​imġieba isterika taʼ xi wħud li attendew għall-​funeral ikkonvinċiet lil Alec li ebda faraġ ma ngħata. “Dak il-​lejl,” hu jispjega, “jien kont verament skunċertat. Ħassejtni dahri mal-​ħajt u mitluf. Ħadd ma setaʼ jagħti tweġibiet sodisfaċenti għall-​mistoqsijiet tiegħi. Għall-​ewwel darba f’għomri, tħassibt verament jekk hemmx Alla.”

Kull sena miljuni, bħal Alec, jitilfu wħud maħbubin fil-​mewt. “Mad-​dinja kollha,” jispjega n-​1992 Britannica Book of the Year, “kien hemm 50,418,000 mewta fl-​1991.” U kemm-il miljun iktar mietu minn dak inhar? Immaġina x-​xmajjar taʼ dmugħ imxerred minn dawk l-​imnikktin li ħallew warajhom! B’żjieda man-​niket tagħhom hemm il-​konfużjoni kkawżata minn ħarsiet li ma jaqblux dwar il-​mewt.

B’hekk ħafna, bħal Alec, isiru disillużi u jiddubitaw jekk hemmx xi bażi għal tama f’ħajja futura wara l-​mewt. Skond l-​Encyclopedia of Religions, “fiż-​żminijiet kollha, bnedmin li jaħsbu ħadu waqfa separata mill-​massa, . . . billi ddubitaw kif ir-​ruħ jew il-​ħajja individwali tistaʼ teżisti ’l bogħod mill-​moħħ u l-​ġisem individwali.”

Taʼ interess, din l-​enċiklopedija tammetti li t-​teorija reliġjuża taʼ ruħ immortali li teżisti apparti mill-​ġisem m’hijiex appoġġjata mill-​Bibbja. Veru, f’xi postijiet, il-​Bibbja tassew tirreferi għar-​“ruħ” taʼ persuna bħala li titlaq u saħansitra tirritorna lejn xi ġisem mejjet, imma f’dawn il-​każi “ruħ” hija wżata fis-​sens taʼ “ħajja,” mitlufa jew miksuba mill-​ġdid. (Ġenesi 35:16-19; 1 Slaten 17:17-23) Iktar taʼ spiss, il-​kelma “ruħ” hija wżata fil-​Bibbja biex tiddeskrivi ħlejjaq viżibbli tad-​demm u l-​laħam, iva, ħlejjaq ħajjin. (Ġenesi 1:20; 2:7) Għalhekk, il-​Bibbja ripetutament tistqarr li l-​erwieħ imutu. (Eżekjel 18:4, 20; Atti 3:23; Rivelazzjoni 16:3) Il-​Kelma t’Alla tgħid li ladarba l-​erwieħ huma mejtin, “m’huma konxji taʼ xejn affattu.”—Ekkleżjasti 9:5, 10.

Mill-banda l-​oħra, il-​Bibbja tassew fiha rakkonti dwar nies mejtin li jiġu mogħtijin il-​ħajja mill-​ġdid. Fil-​każ taʼ Lażżru, dan seħħ wara li hu kien ilu mejjet erbat ijiem. (Ġwann 11:39, 43, 44) X’sejjer jiġri, madankollu, minn nies li mietu mijiet jew eluf taʼ snin ilu? Jirrikjedi l-​prospett tagħhom għal ħajja futura li Alla jirxoxta l-​ġisem stess li huma kellhom meta mietu?

Le. Dan il-​ħsieb huwa inkonsistenti maʼ dak li jiġri mill-​atomi li jifformaw ġisem mejjet. Maż-​żmien, xi wħud minn dawn l-​atomi stess jiġu assorbiti mill-​veġitazzjoni li, hi stess, tiġi kkunsmata minn ħlejjaq oħrajn u ssir parti minn ġisimhom.

Ifisser dan li m’hemm ebda tama għal nies li ilhom mejtin? Le. Il-​Ħallieq taʼ l-​univers vast tagħna għandu memorja taʼ l-​għaġeb u bla limiti. Fil-​memorja perfetta tiegħu, hu għandu l-​kapaċità li jaħżen il-​personalità u l-​fattizzi ġenetiċi taʼ kwalunkwe bniedem mejjet li hu jagħżel li jiftakar. Barra minn dan, Alla Jehovah għandu l-​qawwa li joħloq mill-​ġdid ġisem uman bil-​kodiċi ġenetiċi eżatti taʼ persuna li għexet qabel. Hu jistaʼ wkoll ipoġġi ġewwa fih il-​memorja u l-​personalità taʼ dak li hu jiftakar, bħal Abraham.

Kważi elfejn sena wara l-​mewt t’Abraham, Ġesù Kristu ta din l-​assigurazzjoni: “Li l-​mejtin jiġu mqajmin saħansitra Mosè rrivelah, fir-​rakkont dwar ix-​xitla taʼ l-​għolliq, meta jsejjaħ lil Jehovah ‘dak Alla taʼ Abraham u Alla taʼ Iżakk u Alla taʼ Ġakobb.’ Hu huwa Alla, mhux tal-​mejtin, imma tal-​ħajjin, għax huma lkoll ħajjin għalih.” (Luqa 20:37, 38) Minbarra Abraham, Iżakk, u Ġakobb, miljuni oħrajn taʼ bnedmin mejtin huma ħajjin fil-​memorja t’Alla, jistennew l-​irxoxt li ġej. “Se jkun hemm irxoxt kemm tat-​twajbin u kemm taʼ dawk li m’humiex twajbin,” il-​Bibbja tikkonferma.—Atti 24:15.

Ftit ġimgħat wara t-​telfiet li sofra, Alec sab it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet tiegħu. Wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah ħabbatlu fuq il-​bieb u wrieh xi tgħid il-​Kelma t’Alla dwar il-​mewt u dwar l-​irxoxt. Dan farraġ lil Alec u ġab tifsira ġdida għal ħajtu.

Tixtieq li inti wkoll titgħallem iktar dwar it-​tama taʼ l-​irxoxt ibbażata fuq il-​Bibbja? Per eżempju, il-​biċċa l-​kbira taʼ l-​irxoxtijiet sejrin iseħħu fis-​sema jew fuq l-​art? U xi trid tagħmel persuna biex tikseb l-​approvazzjoni t’Alla u tesperjenza t-​twettieq tal-​wegħda taʼ l-​għaġeb Tiegħu li n-​nies jistgħu jerġgħu jingħaqdu mal-​maħbubin mejtin? (w94 6/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja