LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 6/1 pp. 6-7
  • ‘Paġna Waħda Tistaʼ Tinfed id-Dlam Bħal Kewkba’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Paġna Waħda Tistaʼ Tinfed id-Dlam Bħal Kewkba’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Ġrajjiet Importanti fil-Produzzjoni taʼ Bibbji b’Lingwi Afrikani
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Kelma t’Alla ssir magħrufa fi Spanja medjevali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Kif Tistaʼ Tiskopri X’Jirrikjedi Alla
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Veru Li L-Bibbja Ġejja Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 6/1 pp. 6-7

‘Paġna Waħda Tistaʼ Tinfed id-Dlam Bħal Kewkba’

ILLUM, traduzzjonijiet taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa tistaʼ ssibhom kważi universalment. Madankollu, il-​battalja dwar il-​Bibbja taʼ spiss kienet kwistjoni taʼ ħajja u mewt.

Fil-ktieb Fifteenth Century Bibles, Wendell Prime kiteb: “Tletin sena wara l-​invenzjoni taʼ l-​istampar, l-​Inkwiżizzjoni kienet topera kompletament b’suċċess fi Spanja. Minn 342,000 persuna li ġew ikkastigati minnha f’dak il-​pajjiż 32,000 kienu maħruqin ħajjin. Kienet il-​Bibbja li wasslithom għall-​fjammi tal-​martirju. Daqstant terribbli kien dan il-​makkinarju tal-​qerda fl-​Italja, kemm fit-​Tramuntana kif ukoll fin-​Nofs in-​Nhar. Arċisqfijiet, mgħejjunin mill-​Inkwiżizzjoni kienu nirien li jibilgħu kemm għall-​Bibbji kif ukoll għall-​qarrejja tagħhom. Neruni għamel lil xi Kristjani jiddu bħal dwal fid-​dinja billi tahom in-​nar, meħjutin ġewwa xkejjer, miksijin biż-​żift, użati bħal xemgħat biex idawlu x-​xena tal-​ħniżrijiet tiegħu. Imma t-​toroq taʼ l-​ibliet Ewropej iddawlu b’ħuġġieġ taʼ Bibbji qegħdin jinħarqu. Il-​Bibbji ma kinux bħall-​qarrejja li setgħu jiġu mdgħajfin, imneżżgħin, ittorturati, immankati u micħudin mis-​soċjetà. Saħansitra paġna waħda li tibqaʼ teżisti tistaʼ tinfed is-​swidija taʼ dan id-​dlam bħal kewkba.” (Korsiv tagħna.)

Dak illi l-​awtur Prime jiddeskrivi attwalment seħħ fil-​każ tal-​paġna tal-​Bibbja riprodotta hawn. Din hija l-​paġna kolofona, jiġifieri, il-​paġna taʼ l-​għeluq tal-​ktieb b’iskrizzjoni li tidentifika lit-​traduttur. Iż-​żewġ kolonni paralleli taʼ fuq huma l-​versi taʼ l-​għeluq taʼ l-​Apokalissi, jew il-​ktieb taʼ Rivelazzjoni.

Rigward dan il-​ktieb, The Cambridge History of the Bible jistqarr: “It-​traduzzjoni tal-​Bibbja bil-​Katalonjan taʼ Bonifacio Ferrer kienet stampata ġewwa Valenzja, 1478; il-​kopji kollha disponibbli ġew meqrudin mill-​Inkwiżizzjoni qabel l-​1500, imma paġna waħda għadha teżisti fil-​librerija tas-​Soċjetà Ispanika taʼ l-​Amerka.” (Korsiv tagħna.)

Wendell Prime innota wkoll: “Għal xi membri tal-​kleru mwerwrin ma kienx hemm Bibbji tajbin ħlief Bibbji maħruqin. Dawn in-​nirien imqaddsin kienu jkunu bil-​wisq iktar frekwenti u qawwijin li kieku ma kienx hemm nuqqas taʼ Bibbji x’jaħarqu. F’ħafna postijiet ma kienx hemm ħuġġieġ tal-​Bibbji sempliċement minħabba li l-​awtoritajiet kienu tant diliġenti f’li jiġbru l-​Bibbji kollha li ma kienx fadal iktar Bibbji x’jinħarqu.” Minkejja sforzi hekk qawwijin biex jeqirdu l-​Bibbji intenzjonati għan-​nies komuni, ħafna kopji skappaw il-​qerda. Prime żied: “Xi Bibbji ġew ippreservati billi ttieħdu ’l hemm minn nies eżiljati, jew billi ġew moħbijin bħal ħaġar u metalli prezzjużi fi żminijiet taʼ hemm u periklu.”

Il-profeta t’Alla Isaija kiteb: “Il-​laħam kollu hu ħaxix aħdar . . . Il-​ħaxix aħdar nixef, il-​blanzun dbiel; imma nkwantu għall-​kelma t’Alla tagħna, hi se ddum għal żmien indefinit.” (Isaija 40:6, 8) Tul is-​sekli, kotriet taʼ wħud li jħobbu l-​Bibbja u ħafna tradutturi kuraġġużi rriskjaw ħafna u sofrew bil-​bosta minħabba l-​Kelma t’Alla. Madankollu, sforzi umani waħedhom qatt ma setgħu jiżżguraw l-​ippreservar tagħha. Għal dan l-​ippreservar, nirringrazzjaw lill-​Awtur tal-​Bibbja, Jehovah. (w94 5/15)

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 7]

Bil-​kortesija taʼ The Hispanic Society of America, New York

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja