LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 6/1 p. 3
  • Tistmaha Int lill-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistmaha Int lill-Bibbja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • “Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġarrbet xabla taʼ niket kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Waslet “Għal Konklużjonijiet f’Qalbha”
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 6/1 p. 3

Tistmaha Int lill-Bibbja?

FTIT iktar minn 200 sena ilu, Mary Jones twieldet ġewwa Llanfihangel, villaġġ remot f’Wales mhux ’il bogħod mill-​kosta taʼ l-​Atlantiku. Il-​ġenituri tagħha kienu nissieġa foqra​—foqra wisq sabiex ikollhom Bibbja. Imma huma nisslu f’binthom imħabba għal Alla billi qalulha stejjer tal-​Bibbja u rrepetewlha versi li kienu jiftakru. Mary spiss kienet taqra Bibbja tal-​ġirien bil-​lingwa taʼ Wales u bdiet tfaddal il-​ftit flus li setgħet, iddeterminata li tixtri waħda għaliha nfisha.

Fis-sena 1800, meta Mary kellha 16, semgħet li xi ftit Bibbji bil-​lingwa taʼ Wales kienu ghall-bejgħ 25 mil ’il bogħod fil-​belt żgħira taʼ Bala. Bla biżaʼ, iddeċidiet li timxiha sa hemm. Hi għamlet dan, ħafja qalb l-​għoljiet. Sa x’ħin waslet, madankollu, il-​kopji kollha kienu nbiegħu. Mary saret taf ukoll li s-​somma li kienet faddlet kienet bil-​wisq żgħira.

Il-qassis tal-​lokal ġie mqanqal ħafna mill-​għarfien u l-​imħabba taʼ Mary għall-​Bibbja. Meta ra d-​dmugħ taʼ dispjaċir tagħha wara l-​isforz kollu li kienet għamlet, hu b’imħabba taha l-​kopja tiegħu persunali, fil-​waqt li qalilha: “Aqraha bl-​attenzjoni, studjaha b’mod diliġenti, aħżen tajjeb il-​kliem qaddis fil-​memorja tiegħek, aġixxi fuq it-​tagħlim tagħha.”

Din l-​istorja ġiet irrakkontata iktar tard waqt laqgħa tal-​Committee of the Religious Tract Society of London. Hemmhekk ittieħdet id-​deċiżjoni li jiġu fornuti traduzzjonijiet tal-​Bibbja mhux biss lin-​nies taʼ Wales imma lid-​dinja kollha. Minn dan il-​bidu sempliċi nibtu l-​ewwel mill-​ħafna soċjetajiet tal-​Bibbja tas-​seklu 19. Minn hemm ’il quddiem, kopji tal-​Bibbja f’lingwi barranin bdew jidhru b’rata iktar mgħaġġla.

Illum, il-​Watch Tower Bible and Tract Society, imwaqqfa fl-​1884, tistampa Bibbji u għajnuniet għal studju tal-​Bibbja f’iktar minn 200 lingwa. Mad-​dinja kollha, iddistribwiet 72 miljun kopja tan-​New World Translation of the Holy Scriptures b’lingwa moderna. Tradotta mill-​Ebrajk u l-​Grieg oriġinali, in-​New World Translation issa tinstab sħiħa jew parzjalment fi 18-il lingwa u preżentament qiegħda tiġi tradotta fi 12-il ilsien ieħor.

Bil-Bibbja issa aċċessibbli għal kważi kulħadd, inti kif tħares lejha? Tistmaha int lill-​Bibbja? Għandek int kopja li tgħożż u taqra? (w94 5/15)

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Mill-​ktieb The Story of Mary Jones and Her Bible

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja