LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 9/15 pp. 3-4
  • Għala Tittestja Kemm Hi Eżatta l-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Tittestja Kemm Hi Eżatta l-Bibbja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Materjal Simili
  • Sors Uniku taʼ Għerf Superjuri
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Ix-xjenza hija fi qbil mal-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Eżattezza f’Dak li Jingħad
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Ta’ Min Joqgħod Fuqha l-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 9/15 pp. 3-4

Għala Tittestja Kemm Hi Eżatta l-​Bibbja?

Int kif tħares lejn il-​Bibbja? Xi wħud jemmnu b’mod sod li hija r-​rivelazzjoni t’Alla lill-​bniedem. Oħrajn jemmnu li hija sempliċement ktieb ordinarju. Jerġaʼ oħrajn huma indeċiżi. Jekk għandek xi dubju dwar l-​oriġini tal-​Bibbja, hemm raġunijiet interessanti għala għandek teżaminaha u taqtaʼ l-​kwistjoni.

SAS-​SEKLU 18, il-​Bibbja kienet irrispettata minn ħafna bħala l-​Kelma t’Alla f’artijiet tal-​Kristjaneżmu. Imma mis-​seklu 19 ’il quddiem, numru taʼ għalliema, xjenzati, u saħansitra teoloġi u mexxejja tal-​knejjes bdew jesprimu pubblikament dubju dwar l-​eżattezza tal-​Bibbja.

Bħala riżultat, il-​kritika tal-​Bibbja saret tant mifruxa li ħafna jgħaddu l-​ġudizzju mingħajr lanqas biss ma jafu x’fiha l-​Bibbja. Minflok il-​Bibbja, ħafna nies fil-​Kristjaneżmu jħarsu lejn il-​filosofiji tal-​bnedmin. Xorta waħda, il-​filosofija moderna ma produċietx dinja ferħana jew bla perikli. Din hi raġuni tajba waħda biex teżamina l-​Bibbja u tara jekk il-​gwida tagħha twassalx għall-​hena u s-​suċċess.

Raġuni oħra biex tittestja jekk il-​Bibbja hix eżatta hija l-​prospett tal-​għaġeb li toffri hi għall-​umanità. Per eżempju, Salm 37:29 jistqarr: “It-​twajbin infushom se jkollhom pussess tal-​art, u se jgħammru għal dejjem fuqha.” (Rivelazzjoni 21:​3-5) X’effett għandhom wegħdi bħal dawn fuqek? Żgur li hemm raġuni biżżejjed biex teżamina l-​Bibbja u tara jekk tistax tiġi fdata.

Din ir-​rivista dejjem sostniet il-​verità tal-​Bibbja u taʼ spiss tat prova tal-​eżattezza tagħha. Hemm numru taʼ każi fejn l-​eżattezza tal-​Bibbja tistaʼ tiġi ttestjata. Ħarġiet differenti tat-​Torri tal-​Għassa se jgħinuk twieġeb dawn il-​mistoqsijiet: Il-​fatti magħrufin tal-​istorja antika jaqblu mal-​Bibbja? It-​tbassiriet tagħha huma eżatti? Il-​parir tagħha huwa prattiku, jew għalliema u filosfi moderni taw prova li l-​Bibbja hija antikwata?

Il-ġeografija hija qasam ieħor li fih inti tistaʼ tittestja l-​eżattezza tal-​Bibbja. Ħrejjef pagani taʼ spiss huma f’konflitt mal-​fatti ġeografiċi. Per eżempju, ħafna popli tal-​qedem irrakkontaw stejjer taʼ vjaġġi lejn dik li hi msejħa d-​dinja tal-​mejtin. Dwar il-​Griegi tal-​qedem, il-​ktieb A Guide to the Gods jispjega: “L-​art kienu jarawha bħala wiċċ ċatt iċċirkondat bi kwantità enormi taʼ ilma msejjaħ Oċean. Wara dan kien hemm id-​Dinja l-​oħra, biċċa art mħarbta mifruxa bi pjanti mudlama u bla frott.” Meta dan ġie pprovat li kien ħrafa, il-​filosfi pagani kellhom iċaqalqu l-​hekk imsejħa dinja l-​oħra tagħhom. “Post addattat instab, taħt l-​art, ikkonnettjat maʼ din id-​dinja b’diversi għerien fondi,” jispjega l-​awtur Richard Carlyon. Illum, aħna nafu li dan ukoll huwa ħrafa. Ma teżisti l-​ebda dinja taħt l-​art jew passaġġ bħal din.

Differenti mill-​ħrejjef tal-​popli antiki, il-​Bibbja ma fihiex il-​ħarsa żballjata li l-​art hija ċatta. Minflok, hi tistqarr il-​verità xjentifika li l-​art hija oġġett tond li m’hu qiegħed jistrieħ fuq xejn. (Ġob 26:7; Isaija 40:22) Xi ngħidu dwar deskrizzjonijiet ġeografiċi oħrajn imsemmijin fil-​Bibbja? Huma dawn xi mitoloġija, jew hu possibbli li ġġib quddiem għajnejk b’eżattezza ġrajjiet Bibliċi meta tkun qiegħed iżżur l-​Eġittu tal-​lum, inkluża l-​Penisula tas-​Sinaj, u Iżrael tal-​lum?

[Stampa f’paġna 3]

“Hemm Wieħed li qiegħed igħammar ’il fuq miċ-​ċirku tal-​art.”—Isaija 40:22

“Hu qiegħed . . . idendel l-​art fuq xejn.”—Ġob 26:7

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja