LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 6/1 p. 3
  • Id-Dewmien Kien Fatali!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dewmien Kien Fatali!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Materjal Simili
  • Ishar Issa Iktar Minn Qatt Qabel!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Se Tagħti Int Kas it-Twissija t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Dak in-Nhar li Ġġarrfu t-Twin Towers
    Stenbaħ!—2002
  • Salvaw Ħajjithom Billi Qagħdu Attenti
    Ibqaʼ Għassa!
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 6/1 p. 3

Id-Dewmien Kien Fatali!

TLIET familji, sebaʼ adulti u sitt itfal, ġrew kemm felħu biex isalvaw ħajjithom. Milli jidher kienu tgezzu flimkien f’xi xelter tad-​dar taʼ xi ħadd, bit-​tama li jeħilsu mix-​xita taʼ ġebel tal-​biżaʼ li kienet nieżla. Imma hekk kif l-​irbombjar tal-​ġebel jitgerbeb siket, wasal terrur ieħor​—sħaba sewda taʼ rmied li jifga. Issa ma kellhomx għażla ħlief li jiġru kemm jifilħu.

Fuq quddiem kien hemm raġel, wisq probabbli xi qaddej, li ġera bi xkora bl-​ikel imdendla maʼ spalltu. Hu kien segwit minn żewġ subien, wieħed taʼ madwar erbaʼ snin, u l-​ieħor taʼ ħamsa, jiġru id f’id. L-​oħrajn segwew​—kollhom paniku, jitħabtu, jitfixklu, iddisprati jfittxu kif jaħarbu. Huma ppruvaw jieħdu n-​nifs, imma minflok arja, daħħlu ġo fihom irmied niedi. Wieħed wara l-​ieħor, it-​tlettax li huma kollha waqgħu u ġew midfunin mill-​irmied li kien nieżel. Il-​povri fdalijiet tagħhom kellhom jibqgħu mirdumin sakemm l-​arkeoloġisti kixfuhom kważi 2,000 sena wara u fehmu x’kienu d-​dettalji tal-​biki tal-​aħħar mumenti tagħhom.

Dawn it-​tlettax-il vittma kienu biss ftit mis-​16-il elf li huma stmati li għebu fil-​belt antika taʼ Pompej, fl-​Italja, fl-​24 t’Awissu, tas-​sena 79 E.K. Ħafna salvaw billi ħarbu mill-​belt meta l-​Muntanja Vessuvju sbroffat l-​ewwel splużjoni tagħha. Iżda, dawk li qagħdu jittratienu​—fil-​maġġoranza nies għonja li ma ridux iħallu djarhom u ġidhom—​ġew midfunin taħt 20 pied taʼ ġebel u rmied.

Dak li ġara f’Pompej kważi 2,000 sena ilu jistaʼ jkun storja antika. Imma f’ħafna modi huwa parallel tas-​sitwazzjoni li qed tiffaċċja lir-​razza umana llum. Sinjal globali, li jbassar xi ħaġa iktar tal-​biżaʼ mill-​irbombjar tal-​Muntanja Vessuvju, qiegħed iservi bħala twissija li din l-​ordni dinjija preżenti qiegħda tiffaċċja qerda imminenti. Biex insalvaw, irridu naġixxu fil-​pront. Id-​dewmien huwa fatali. Eżatt dak is-​sinjal x’inhu u kif nistgħu inwieġbu bil-​għaqal għalih huwa s-​suġġett tal-​artiklu li jmiss tagħna.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Soprintendenza Archeologica di Pompei

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja