LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 1/15 p. 3
  • Il-Familja Taħt Assalt!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Familja Taħt Assalt!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Materjal Simili
  • Hemm Xi Sigriet għall-Hena fil-Familja?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Il-Familja—Bżonn Uman!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Il-Hemm fil-Familja—Sinjal taż-Żminijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sus Wara L-Paċi t’Alla fil-Ħajja tal-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 1/15 p. 3

Il-Familja Taħt Assalt!

“IL-​FAMILJA hija l-​eqdem istituzzjoni umana. F’ħafna modi hija l-​iktar importanti. Hija dik ix-​xi ħaġa l-​iktar bażika tas-​soċjetà. Jekk ċivilizzazzjonijiet sħaħ salvaw jew sparixxew, kien jiddependi mill-​ħajja tal-​familja jekk kinetx b’saħħitha jew dgħajfa.”

Hekk qalet The World Book Encyclopedia lura fl-​1973. Meta jitqies minn kif wieħed jara l-​affarijiet illum, madankollu, jinstemaʼ b’ton li ma jbassar xejn tajjeb. Dawn l-​aħħar snin raw dak li jammonta għal assalt frontali fuq il-​ħajja tal-​familja. John Bradshaw, wieħed popolari għall-​pariri tiegħu jikteb: “Hemm kriżi fil-​familja llum. . . . Ir-​rata għolja taʼ divorzju, taʼ taħwid fiż-​żgħażagħ, abbuż enormi bid-​drogi, inċest epidemiku, mard ikkaġunat mill-​ikel u swat fiżiku huma evidenza li hemm xi ħaġa ħażina b’mod radikali.

Tabilħaqq, “evidenza li hemm xi ħaġa ħażina b’mod radikali” fil-​familja tistaʼ tinstab mad-​dinja kollha. The Unesco Courier qal rigward is-​sitwazzjoni fl-​Ewropa: “Mill-​1965 ’il hawn, kien hemm żjieda kbira fin-​numru taʼ divorzji mal-​kontinent kollu. . . . [Kien] hemm żjieda fin-​numru taʼ familji b’ġenitur wieħed.” Artijiet żviluppati qegħdin bl-​istess mod jaraw żjieda fl-​inkwiet fil-​familja. L-​iskrittriċi Helene Tremblay tosserva: “Għall-​miljuni taʼ nies li qegħdin igħixu f’soċjetajiet li kellhom mod taʼ ħajja regulari, taʼ min joqgħod fuqu, u kostanti għal sekli sħaħ, illum huwa żmien taʼ konfużjoni.”

Partikolarment allarmanti huwa l-​ambjent li jeżisti f’ħafna djar illum. Fl-​Istati Uniti biss, miljuni taʼ miljuni taʼ tfal qed jiġu mrobbijin minn ġenitur alkoħoliku. Kien hemm ukoll żjieda tal-​biżaʼ fil-​vjolenza fil-​familja. Fil-​ktieb tagħhom Intimate Violence, ir-​riċerkaturi Richard Gelles u Murray Straus jirrapportaw: “Hemm ċans akbar li int tiġi assaltat fiżikament, imsawwat, u maqtul f’darek stess taħt idejn xi ħadd li tħobb minn fi kwalunkwe post ieħor, jew minn kwalunkwe persuna oħra fis-​soċjetà tagħna.”

Jekk is-​salvazzjoni taċ-​ċivilizzazzjoni tassew tiddependi fuq is-​saħħa tal-​familja, għandek għalfejn tinkwieta dwar il-​futur taċ-​ċivilizzazzjoni. Xorta waħda, id-​destin taċ-​ċivilizzazzjoni jistaʼ jkun l-​inqas li tinkwieta dwaru. Iktar jistaʼ jkun li l-​inkwiet tiegħek hu x’se jfisser taqlib bħal dan għall-​familja tiegħek. X’se jkun ir-​riżultat? It-​tweġiba minn sors awtorevoli tistaʼ tissorprendik ferm.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja